LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 9/14 pp. 14-15
  • Spanja tkeċċi lill-Mori

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Spanja tkeċċi lill-Mori
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • SFORZATI BIEX JIKKONVERTU
  • “LA KIENU KRISTJANI TAJBIN U LANQAS ĊITTADINI LEALI”
  • Werrej
    Stenbaħ!—2014
  • Il-Kelma t’Alla ssir magħrufa fi Spanja medjevali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • L-Alhambra—Il-Ġawhra Islamika taʼ Granada
    Stenbaħ!—2006
  • Kieku Int x’Tgħidlu lil Wieħed Musulman?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 9/14 pp. 14-15
Il-Mori qed jitkeċċew minn Spanja

TITWILA LEJN IL-PASSAT

Spanja tkeċċi lill-Mori

Jingħad li kważi kull pass li ttieħed mill-​Ispanjoli f’din l-​istorja taʼ niket kien influwenzat mill-​knisja. Hija storja taʼ min jaqraha.

IR-​RE u r-​reġina Spanjola riedu li l-​pajjiż kollu jkun Kristjan taħt liġi waħda. Il-​Mori kienu kkunsidrati pagani, u għaldaqstant il-​preżenza tagħhom kienet meqjusa bħala offiża kbira f’għajnejn Alla. Wara ħafna snin, ittieħdet deċiżjoni. X’kienet? Li jitkeċċew!a

SFORZATI BIEX JIKKONVERTU

Għal mijiet taʼ snin, il-​Musulmani fi Spanja għexu xi ftit jew wisq fil-​paċi fi nħawi li kienu f’idejn il-​Kattoliċi. Għal xi żmien, f’xi postijiet gawdew id-​dritt legali li jżommu mal-​liġijiet u d-​drawwiet tagħhom, u kif ukoll li jipprattikaw ir-​reliġjon tagħhom stess.

Imma fl-​1492, ir-​Re Ferdinand II u r-​Reġina Isabella li kienu Kattoliċi rebħu lil Granada, l-​aħħar parti minn Spanja li kienet għadha f’idejn il-​Musulmani. Il-​Musulmani t’hemm ċedew bil-​kundizzjoni li jkollhom drittijiet simili għal dawk taʼ Musulmani oħrajn fi Spanja. Madankollu, il-​mexxejja Kattoliċi ma damux ma bdew jippersegwitaw iktar lill-​Musulmani f’pajjiżhom u bdew jagħmlulhom iktar pressjoni biex jikkonvertu. Peress li l-​Ispanjoli ma żammewx kelmithom, il-​Musulmani fl-​1499 qajmu rewwixta. Truppi tal-​gvern waqqfu r-​rewwixta, imma mbagħad il-​Musulmani f’akkwata wara oħra kellhom jikkonvertu jew jemigraw.

“LA KIENU KRISTJANI TAJBIN U LANQAS ĊITTADINI LEALI”

Sal-​1526, l-​Iżlam kien ipprojbit ġo Spanja kollha, imma ħafna Mori komplew jipprattikaw ir-​reliġjon tagħhom bil-​moħbi. Il-​maġġoranza tagħhom baqgħu bil-​kultura tagħhom.

Għall-​ewwel, l-​Ispanjoli għalqu għajn waħda għall-​fatt li l-​Mori kienu saru Kattoliċi tal-​isem biss. Wara kollox, kienu jħallsu t-​taxxa u kienu jagħmlu xogħol bżonjuż. Xi wħud kienu artiġjani u rġiel tas-​sengħa. Xorta waħda, minħabba l-​fatt li l-​Mori baqgħu bil-​kultura tagħhom, kellhom isofru diskriminazzjoni kemm mill-​gvern u kemm mill-​poplu. Il-​preġudizzju forsi żdied minħabba li l-​knisja ħasbet li ma kinux Kattoliċi ġenwini.

It-​tolleranza malajr inbidlet f’persekuzzjoni. Fl-​1567, ir-​Re Filippu II ppubblika d-​deċiżjoni tiegħu li ma kinitx tippermetti l-​lingwa, l-​ilbies, id-​drawwiet, u t-​tradizzjonijiet tal-​Mori. Din l-​azzjoni qanqlet ribelljoni ġdida u qtil.

Huwa kkalkulat li madwar 300,000 Moru kienu sforzati jitilqu minn Spanja, u b’hekk batew ħafna

Il-​ħakkiema Spanjoli, skont uħud li studjaw l-​istorja, saru konvinti li l-​“Mori la kienu Kristjani tajbin u lanqas ċittadini leali.” Għal din ir-​raġuni kienu akkużati li qed jaħdmu minn taħt mal-​għedewwa taʼ Spanja (il-​pirati tal-​kosta tal-​Afrika taʼ Fuq, il-​Protestanti Franċiżi, u t-​Torok) biex jinvadu lil Spanja. Kien hemm preġudizzju kontra l-​Mori u biżaʼ li eventwalment kienu se jittradixxu lil Spanja. Dan wassal biex Filippu III jiddeċiedi li jkeċċihom fl-​1609.b Fis-​snin taʼ wara, dawk suspettati li kienu Mori kienu jiġu ppersegwitati. Il-​mod kif Spanja saret kollha Kattolika hu tal-​mistħija.

a F’dan l-​artiklu, meta nirreferu għall-​Mori, inkunu qegħdin nitkellmu dwar nies li kienu Musulmani u li saru Kattoliċi fi Spanja u l-​Portugall wara l-​waqgħa tal-​aħħar renju Musulman t’hemmhekk fl-​1492.

b Xi studjużi tal-​istorja jaħsbu wkoll li minn tal-​inqas wieħed mill-​ħakkiema Spanjoli sar iktar sinjur billi ħataf taħt idejh l-​artijiet tal-​Mori.

FATTI FIL-QOSOR

  • Wara s-​sena 700 WK, il-​Musulmani tal-​Afrika taʼ Fuq u l-​Musulmani Għarab rebħu l-​parti l-​kbira tal-​artijiet li issa huma magħrufa bħala Spanja u l-​Portugall.

  • Armati Kattoliċi bdew jirbħu lura l-​artijiet bil-​mod il-​mod. U rebħu kollox meta fl-​1492 għelbu l-​aħħar post taħt il-​kontroll tal-​Musulmani fi Granada.

  • Fl-​1492, ir-​Re Ferdinand u r-​Reġina Isabella keċċew mill-​pajjiż kull Lhudi li ma sarx Kattoliku. Wara s-​sena 1500, il-​Musulmani li kkonvertew, u kif ukoll id-​dixxendenti tagħhom, kienu ppersegwitati u ġew mitfugħin f’post ieħor. Mill-​1609 sal-​1614, il-​Mori—il-​“Kristjani ġodda” taʼ dixxendenza Musulmana—tkeċċew.

  • Huwa kkalkulat li madwar 300,000 Moru kienu sforzati jitilqu minn Spanja, u b’hekk batew ħafna. Milli jidher mietu minn tal-​inqas 10,000 għax bdew jiġġieldu biex ma jitkeċċewx.

Kattoliċiżmu “pur” fil-pajjiż kollu!

Juan de Ribera, l-arċisqof taʼ Valencia, kellu sehem f’li jkeċċi l-Mori

Juan de Ribera, l-arċisqof taʼ Valencia, appoġġa b’ruħu u ġismu t-tkeċċija tal-Mori

Bla dubju, Spanja sofriet f’sens ekonomiku wara li telqu l-​Mori li kienu jaħdmu hemmhekk. Minkejja dan, l-​Ispanjoli ferħu wara li keċċew il-​Mori. Il-​kotba tal-​istorja jgħidu li ħafna Spanjoli ma kinux kuntenti bil-​Mori f’pajjiżhom għax ħasbu li ma kinux Kattoliċi ġenwini. Dan “kien kawża taʼ mistħija għall-​pajjiż kollu,” imma issa l-​Mori kienu tkeċċew. Il-​mexxejja, il-​poplu, u l-​knisja ferħu li l-​Kattoliċiżmu sa fl-​aħħar sar “pur” fil-​pajjiż kollu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja