LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/07 p. 1
  • ‘Tkellem il-Kelma t’Alla bla Biżaʼ’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Tkellem il-Kelma t’Alla bla Biżaʼ’
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Materjal Simili
  • Imita lil Ġesù—Ippriedka bil-Qlubija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Kompli Xandar il-Kelma t’Alla bil-Qlubija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Tippriedka Int bil-Kuraġġ?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • ‘Xandar il-Kelma t’Alla bil-Qlubija’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 4/07 p. 1

‘Tkellem il-​Kelma t’Alla bla Biżaʼ’

1 Ġieli toqgħod taħsibha biex titkellem dwar il-​fidi tiegħek meta tiġik l-​opportunità l-​iskola jew fuq ix-​xogħol? Issib diffikultà biex tagħti xiehda informali lill-​qraba u, l-​ġirien jew lin-​nies li ma tafhomx? X’se jgħinna lkoll biex nieħdu vantaġġ minn okkażjonijiet xierqa ħalli ‘nitkellmu l-​kelma t’Alla bla biżaʼ’?​—Flp. 1:​14.

2 Iżżommx Lura: Iżżomm lura kieku int milli tiddefendi lil xi ħabib tal-​qalb jew xi qarib li jkun ġie akkużat b’mod falz? Ġeħova, l-​eqreb Ħabib tagħna, ġie rappreżentat ħażin bil-​kbir matul is-​sekli. Aħna għandna l-​privileġġ uniku li nagħtu xiehda f’isem l-​Alla l-​kbir tagħna! (Is. 43:​10-​12) L-​imħabba kbira għal Ġeħova tistaʼ tgħinna nkampaw mal-​mistħija jew il-​biżaʼ u tistaʼ tqanqalna biex nitkellmu minflok ma nżommu lura milli nagħtu xiehda bil-​qlubija dwar il-​verità.​—Atti 4:​26, 29, 31.

3 Ftakar li l-​messaġġ tagħna hu aħbar tajba. Dan se jġib benefiċċji dejjiema għal kulmin jagħti widen. Hekk kif niffokaw fuq il-​valur tax-​xogħol taʼ l-​ippridkar minflok fuqna nfusna jew fuq dawk li jopponuna se niġu megħjunin nippridkaw bil-​qlubija.

4 Eżempji t’Oħrajn: Nistgħu nissaħħu meta nikkunsidraw il-​ħajja leali t’oħrajn li tkellmu l-​kelma t’Alla bla biżaʼ. Per eżempju, Ħenok ipproklama b’kuraġġ il-​ġudizzju taʼ Ġeħova kontra l-​midinbin li ma kellhomx devozzjoni lejh. (Ġuda 14, 15) Noè ppriedka lealment lin-​nies kollhom apatija. (Mt. 24:​37-​39) Il-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu li kienu “komuni u taʼ ftit skola” baqgħu jippridkaw minkejja oppożizzjoni ħarxa. (Atti 4:​13, 18-​20) Minn żmien għal żmien, il-​pubblikazzjonijiet tagħna jkun fihom bijografiji taʼ żmienna taʼ dawk li għelbu l-​biżaʼ mill-​bniedem billi eżerċitaw fidi f’Ġeħova u saru evanġelizzaturi żelużi.

5 Nistgħu ninkuraġġixxu ruħna billi nikkunsidraw il-​ħajja tal-​qaddejja leali tal-​qedem li ffaċċjaw sitwazzjonijiet diffiċli. (1 Slat. 19:​2, 3; Mk. 14:​66-​71) Huma ‘għamlu l-​qalb permezz t’Alla tagħna’ u tkellmu bla biżaʼ. L-​istess nistgħu nagħmlu aħna!​—1 Tess. 2:2.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja