LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w96 10/1 pp. 8-13
  • Kulħadd Irid Jagħti Kont lil Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kulħadd Irid Jagħti Kont lil Alla
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Anġli Jridu Jagħtu Kont
  • L-​Iben T’Alla Jrid Jagħti Kont
  • Jagħtu Kont Bħala Ġnus
  • Eżempji Taʼ Rendikont Persunali
  • Rendikont Fil-​ Kongregazzjoni Kristjana
  • Jalla Jehovah Jikkreditalek it-Tajjeb mal-Kont Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Il-Kristjani Għandhom Bżonn Xulxin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda”
    “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda”
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
w96 10/1 pp. 8-13

Kulħadd Irid Jagħti Kont lil Alla

“Kull wieħed minna għad jagħti kont tiegħu nnifsu lil Alla.”—RUMANI 14:12.

1. Liema limiti ġew impoġġijin fuq il-​libertà t’Adam u Eva?

ALLA JEHOVAH ħalaq lill-​ewwel ġenituri tagħna, Adam u Eva, bħala aġenti morali ħelsin. Għalkemm kienu iktar baxxi mill-​anġli, huma kienu ħlejjaq intelliġenti kapaċi jieħdu deċiżjonijiet għaqlin. (Salm 8:5, 6 [Salm 8:4, 5, NW]) Madankollu, dak il-​ħelsien mogħti minn Alla ma tahomx liċenzja biex jiddeterminaw huma nfushom x’inhu tajjeb u ħażin. Huma riedu jagħtu kont lill-​Ħallieq tagħhom, u dan ir-​rendikont estenda għad-​dixxendenti kollha tagħhom.

2. Jehovah liema rendikont se jagħmel dalwaqt, u għala?

2 Issa li qegħdin noqorbu lejn il-​quċċata taʼ din is-​sistema t’affarijiet mill-​agħar, Jehovah se jagħmel rendikont fuq l-​art. (Qabbel Rumani 9:28.) Dalwaqt, nies taʼ mingħajr Alla se jkollhom jagħtu kont lil Alla Jehovah għat-​tħarbit tar-​riżorsi taʼ l-​art, għall-​qerda tal-​ħajja umana, u speċjalment għall-​persekuzzjoni tal-​qaddejja tiegħu.—Apokalissi 6:10; 11:18.

3. Liema mistoqsijiet se nikkunsidraw?

3 Iffaċċjati b’dan il-​prospett li jqanqal il-​ħsieb, huwa taʼ benefiċċju għalina li nirriflettu dwar l-​aġir taʼ tjieba taʼ Jehovah mal-​ħlejjaq tiegħu fil-​passat. L-​Iskrittura kif tistaʼ tgħinna, personalment, biex nagħtu rendikont aċċettabbli lill-​Ħallieq tagħna? Liema eżempji jistgħu jkunu t’għajnuna, u liema għandna nevitaw li nimitaw?

L-​Anġli Jridu Jagħtu Kont

4. Kif nafu li Alla jżomm lill-​anġli responsabbli biex jagħtu kont għall-​azzjonijiet tagħhom?

4 Il-​ħlejjaq anġeliċi taʼ Jehovah fis-​smewwiet iridu jagħtu kont lilu daqsna. Qabel id-​Dilluvju taʼ żmien Noè, xi anġli b’mod diżubbidjenti mmaterjalizzaw sabiex jieħdu sehem f’relazzjonijiet sesswali man-​nisa. Bħala aġenti morali ħelsin, dawn il-​ħlejjaq spirti setgħu jieħdu din id-​deċiżjoni, imma Alla żammhom responsabbli biex jagħtu kont. Meta l-​anġli diżubbidjenti rritornaw lejn il-​qasam taʼ l-​ispirti, Jehovah ma ppermettilhomx jerġgħu jiksbu l-​pożizzjoni oriġinali tagħhom. Id-​dixxiplu Ġuda jgħidilna li huma ġew ‘miżmumin marbutin għal dejjem f’qiegħ id-​dlamijiet għall-​ħaqq tal-​jum il-​kbir.’—Ġuda 6.

5. Liema waqgħa ġiet imġarrba minn Satana u d-​demonji tiegħu, u kif se jiġi mħallas il-​kont taʼ l-​irvell tagħhom?

5 Dawn l-​anġli diżubbidjenti, jew demonji, għandhom lil Satana x-​Xitan bħala l-​ħakkiem tagħhom. (Mattew 12:24-26) Dan l-​anġlu mill-​agħar irribella kontra l-​Ħallieq tiegħu u sfida d-​dritt tas-​sovranità taʼ Jehovah. Satana wassal lill-​ewwel ġenituri tagħna għad-​dnub, u dan irriżulta f’li maż-​żmien mietu. (Ġenesi 3:1-7, 17-19) Għalkemm Jehovah ippermetta li Satana jkollu aċċess għall-​qrati tas-​sema għal perijodu minn dak in-​nhar ’il quddiem, il-​ktieb Bibliku t’Apokalissi bassar li fiż-​żmien maħtur t’Alla, dan il-​wieħed mill-​agħar kellu jiġi mitfugħ ’l isfel lejn il-​viċinanza taʼ l-​art. L-​evidenza tindika li dan seħħ ftit wara li Ġesù Kristu rċieva l-​poter tas-​Saltna fl-​1914. Eventwalment, ix-​Xitan u d-​demonji tiegħu se jitilqu lejn il-​qerda taʼ dejjem. Bil-​kwistjoni tas-​sovranità finalment solvuta, il-​kont taʼ l-​irvell imbagħad se jkun ġie mħallas b’mod ġust.—Ġob 1:6-12; 2:1-7; Apokalissi 12:7-9; 20:10.

L-​Iben T’Alla Jrid Jagħti Kont

6. Ġesù kif iqis ir-​rendikont tiegħu nnifsu lil Missieru?

6 X’eżempju mill-​aħjar ġie stabbilit mill-​Iben t’Alla, Ġesù Kristu! Bħala bniedem perfett ugwali m’Adam, Ġesù kien jitgħaxxaq jagħmel ir-​rieda divina. Hu kien ferħan ukoll li jagħti kont għal konformità mal-​liġi taʼ Jehovah. Dwaru, is-​salmista bix-​xieraq ipprofetizza: “Li nagħmel ir-​rieda tiegħek. Alla tiegħi, dan jogħġobni; il-​liġi tiegħek ġewwa qalbi.”—Salm 40:9 [Salm 40:8, NW]; Lhud 10:6-9.

7. Meta kien qiegħed jitlob f’lejliet il-​mewt tiegħu, Ġesù għala setaʼ jgħid il-​kliem iddokumentat fi Ġwann 17:4, 5?

7 Minkejja l-​oppożizzjoni mimlija mibgħeda li Ġesù ġarrab, hu għamel ir-​rieda t’Alla u żamm l-​integrità sal-​mewt fuq zokk tat-​tortura. Hu b’hekk ħallas il-​prezz tar-​rahan biex jifdi lill-​umanità mill-​konsegwenzi qattiela tad-​dnub t’Adam. (Mattew 20:28) Għalhekk, f’lejliet il-​mewt tiegħu, Ġesù setaʼ jitlob b’mod fiduċjuż: “Jien igglorifikajt lilek fuq l-​art billi temmejt ix-​xogħol li tajtni nagħmel. U issa, Missier, igglorifika lili għandek, bil-​glorja li kelli miegħek qabel ma kienet id-​dinja.” (Ġwann 17:4, 5) Ġesù setaʼ jgħid dak il-​kliem lil Missieru tas-​sema għaliex hu kien qiegħed jgħaddi b’suċċess mit-​test taʼ rendikont u kien aċċettabbli għal Alla.

8. (a) Pawlu kif wera li rridu nagħtu kont tagħna nfusna lil Alla Jehovah? (b) X’se jgħinna biex niġu aċċettati minn Alla?

8 Aħna m’aħniex perfetti bħall-​bniedem perfett Ġesù Kristu. Madankollu, irridu nagħtu kont lil Alla. L-​appostlu Pawlu qal: “Int, għax għandek tagħmel ħaqq minn ħuk? Jew lil ħuk, għaliex għandek tmaqdru? Aħna lkoll għad nidhru quddiem it-​tribunal taʼ Alla; għax hemm miktub: ‘Daqs kemm jien ħaj, igħid il-​Mulej, quddiemi għad jinżel għarrkobbtejh kull bniedem, u kull ilsien għad ifaħħar lil Alla.’ Għalhekk kull wieħed minna għad jagħti kont tiegħu nnifsu lil Alla.” (Rumani 14:10-12) Sabiex nagħmlu dan u nkunu aċċettati minn Jehovah, hu b’imħabba tana kemm kuxjenza u kemm il-​Kelma mnebbħa tiegħu, il-​Bibbja, biex tiggwidana f’dak li ngħidu u nagħmlu. (Rumani 2:14, 15; 2 Timotju 3:16, 17) Li nieħdu vantaġġ sħiħ mill-​provvedimenti spiritwali taʼ Jehovah u li nsegwu l-​kuxjenza tagħna mħarrġa fuq il-​Bibbja se jgħinna nkunu aċċettati minn Alla. (Mattew 24:45-47) L-​ispirtu qaddis, jew forza attiva, taʼ Jehovah huwa sors miżjud taʼ saħħa u gwida. Jekk naġixxu f’armonija mad-​direzzjoni taʼ l-​ispirtu u l-​gwida tal-​kuxjenza tagħna mħarrġa fuq il-​Bibbja, aħna nuru li ma ‘nwarrbux lil Alla,’ li lilu rridu nagħtu kont għall-​azzjonijiet kollha tagħna.—1 Tessalonikin 4:3-8; 1 Pietru 3:16, 21.

Jagħtu Kont Bħala Ġnus

9. Min kienu l-​Edomiti, u xi ġralhom minħabba l-​mod li bih ittrattaw lil Israel?

9 Jehovah isejjaħ lill-​ġnus biex jagħtu kont. (Ġeremija 25:12-14; Sofonija 3:6, 7) Ikkunsidra s-​saltna t’Edom tal-​qedem, li kienet lejn in-​Nofs in-​Nhar tal-​Baħar il-​Mejjet u lejn it-​Tramuntana tal-​Golf t’Aqaba. L-​Edomiti kienu poplu Semitiku, li jiġu mill-​qrib mill-​Israeliti. Għalkemm l-​antenat taʼ l-​Edomiti kien Eżaw, in-​neputi t’Abraham, l-​Israeliti ma ngħatawx permess biex jivvjaġġaw minn nofs Edom fit-​“triq tas-​sultan” waqt li kienu fi triqthom lejn l-​Art Imwiegħda. (Numri 20:14-21) Matul is-​sekli, ir-​risentiment t’Edom żviluppa f’mibgħeda bla ħniena għal Israel. Finalment, l-​Edomiti kellhom jagħtu kont talli ħeġġew lill-​Babilonjani biex jeqirdu lil Ġerusalemm fis-​sena 607 Q.E.K. (Salm 137:7) Fis-​sitt seklu Q.E.K., truppi Babilonjani taħt is-​Sultan Nabonidus ikkonkwistaw lil Edom, u din saret ħerba, bħalma Jehovah kien ħareġ id-​digriet.—Ġeremija 49:20; Għabdija 9-11.

10. Il-​Moabiti kif aġixxew maʼ l-​Israeliti, u Alla kif talab lil Moab biex jagħti kont?

10 Moab ma spiċċax aħjar minnhom. Is-​saltna Moabita kienet lejn it-​Tramuntana t’Edom u lejn il-​Lvant tal-​Baħar il-​Mejjet. Qabel ma l-​Israeliti daħlu fl-​Art Imwiegħda, il-​Moabiti m’aġixxewx b’ospitalità magħhom, evidentement billi pprovdewlhom ħobż u ilma sempliċement għal gwadann finanzjarju. (Dewteronomju 23:3, 4) Is-​Sultan Balak taʼ Moab qabbad lill-​profeta Balam biex jisħet lil Israel, u nisa Moabiti ġew użati biex iħajru rġiel Israeliti għall-​immoralità u l-​idolatrija. (Numri 22:2-8; 25:1-9) Madankollu, Jehovah ma ħalliex il-​mibgħeda li Moab kellu għal Israel għaddejja lixxa. Bħalma ġie pprofetizzat, Moab sofra ħerba f’idejn il-​Babilonjani. (Ġeremija 9:24, 25 [Ġeremija 9:25, 26, NW]; Sofonija 2:8-11) Iva, Alla talab lil Moab biex jagħti kont.

11. Moab u Ammon saru bħal liema bliet, u l-​profeziji tal-​Bibbja x’jindikaw rigward is-​sistema t’affarijiet mill-​agħar preżenti?

11 Mhux Moab biss imma Ammon ukoll kellu jagħti kont lil Alla. Jehovah kien bassar: “Bħal Sodoma jiġri lil Mowab, u bħal Gomorra lil ulied Għammon: isiru għalqa bil-​ħurrieq miżgħuda, u moxa kollha melħ, ħerba għal dejjem.” (Sofonija 2:9) L-​artijiet taʼ Moab u Ammon sfaw ħerba, saħansitra bħalma Alla kien qered lill-​ibliet taʼ Sodom u Gomorra. Skond is-​Soċjetà Ġeoloġika taʼ Londra, riċerkaturi jsostnu li sabu l-​inħawi tar-​rovini taʼ Sodom u Gomorra fil-​kosta tal-​Lvant tal-​Baħar il-​Mejjet. Kwalunkwe evidenza taʼ min jorbot fuqha li tistaʼ titfaċċa f’dan ir-​rigward tistaʼ biss tappoġġja l-​profeziji tal-​Bibbja li jindikaw li s-​sistema t’affarijiet preżenti mill-​agħar ukoll se jkollha tagħti kont lil Alla Jehovah.—2 Pietru 3:6-12.

12. Għalkemm Israel kellu jagħti kont lil Alla għal dnubietu, x’ġie mbassar rigward fdal Lhudi?

12 Għalkemm Israel kien ġie ffavorit bil-​kbir minn Jehovah, dan kellu jagħti kont lil Alla għad-​dnubiet tiegħu. Meta Ġesù Kristu ġie fil-​ġens taʼ Israel, il-​maġġoranza ċaħduh. Fdal biss eżerċitaw fidi u saru segwaċi tiegħu. Pawlu applika ċerti profeziji għal dan il-​fdal Lhudi meta kiteb: “Isaija għolla leħnu u qal dwar Israel: ‘Ukoll jekk stess il-​għadd taʼ wlied Israel ikun daqs ir-​ramel tal-​baħar, il-​fdal biss isalva, għax il-​Mulej dalwaqt jagħmel il-​kont u jaqtagħha fil-​qasir mad-​dinja kollha.’ Ukoll il-​profeta Isaija kien qal minn qabel: ‘Li kieku l-​Mulej taʼ l-​eżerċti ma ħallilniex nisel, konna nsiru bħal Sodoma, u ’l Gomorra konna nixbhu.’” (Rumani 9:27-29; Isaija 1:9; 10:22, 23) L-​appostlu semma l-​eżempju tas-​7,000 fi żmien Elija li ma milux għal Baal, u mbagħad qal: “Hekk issa wkoll f’dan iż-​żmien hemm il-​fdal skond il-​għażla tal-​grazzja.” (Rumani 11:5) Dak il-​fdal kien magħmul minn individwi li kellhom jagħtu kont lil Alla personalment.

Eżempji Taʼ Rendikont Persunali

13. Kajjin xi ġralu meta Alla talbu biex jagħtih kont talli qatel lil ħuh Abel?

13 Il-​Bibbja ssemmi ħafna każi taʼ rendikont persunali lil Alla Jehovah. Ikkunsidra bħala eżempju lil Kajjin, l-​ewwel imwieled t’Adam. Kemm hu u kemm ħuh Abel offrew sagrifiċċji lil Jehovah. Is-​sagrifiċċju t’Abel kien aċċettabbli għal Alla, imma taʼ Kajjin ma kienx. Meta ġie msejjaħ minn Jehovah biex jagħti kont talli kien qatel brutalment lil ħuh, Kajjin bla ebda rimors qal lil Alla: “Jaqaw jien għassies taʼ ħija?” Minħabba d-​dnub tiegħu, Kajjin ġie tturufnat lejn “art Nod [“l-​art tal-​Ħarba,” NW] fuq il-​lvant tal-​Għeden.” Hu ma wera ebda ndiema sinċiera għad-​delitt tiegħu, billi ddispjaċieh biss għall-​kastig mistħoqq tiegħu.—Ġenesi 4:3-16.

14. Rendikont persunali lil Alla kif ġie muri fil-​każ tal-​qassis il-​kbir Eli u s-​subjien tiegħu?

14 Rendikont persunali lil Alla huwa muri wkoll fil-​każ taʼ Eli, il-​qassis il-​kbir taʼ Israel. Is-​subjien tiegħu, Ħofni u Fineħas, qdew bħala qassisin li jwettqu ċ-​ċerimonji imma “kienu ħatjin taʼ inġustizzja lejn il-​bnedmin, u nuqqas taʼ qdusija lejn Alla, u ma żammew lura mill-​ebda xorta taʼ ħażen,” jgħid il-​kittieb taʼ l-​istorja Josefus. Dawn “in-​nies mill-​agħar” ma rrikonoxxewx lil Jehovah, ħadu sehem f’kondotta sagrilega, u kienu ħatjin taʼ immoralità grassa. (1 Samwel 1:3; 2:12-17, 22-25) Bħala missierhom u bħala l-​qassis il-​kbir taʼ Israel, Eli kellu d-​dmir li jiddixxiplinahom, imma hu sempliċement ċanfarhom ħafif ħafif. Eli ‘baqaʼ jirrispetta lil uliedu iktar minn [Jehovah].’ (1 Samwel 2:29) Il-​kastig ġie fuq id-​dar t’Eli. Iż-​żewġ ulied mietu fl-​istess jum li miet missierhom, u l-​linja saċerdotali tagħhom ġiet eventwalment maqtugħa kompletament. B’hekk il-​kont ġie mħallas.—1 Samwel 3:13, 14; 4:11, 17, 18.

15. Ġonatan, bin is-​Sultan Sawl, għala ġie ppremjat?

15 Eżempju totalment differenti ġie mogħti minn Ġonatan, bin is-​Sultan Sawl. Ftit wara li David qatel lil Gulija, “qalb Ġonatan [i]ntrabtet maʼ qalb David,” u huma kkonkludew patt taʼ ħbiberija. (1 Samwel 18:1, 3) X’aktarx li Ġonatan induna li l-​ispirtu t’Alla kien telaq lil Sawl, imma ż-​żelu tiegħu stess għall-​qima vera baqaʼ bla ma naqas. (1 Samwel 16:14) L-​apprezzament taʼ Ġonatan għall-​awtorità mogħtija minn Alla lil David qatt ma majnat. Ġonatan irrealizza li ried jagħti kont lil Alla, u Jehovah ippremjah għall-​korsa onorabbli tiegħu billi għamel ċert li l-​linja tal-​familja tiegħu tkompli matul il-​ġenerazzjonijiet.—1 Kronaki 8:33-40.

Rendikont Fil-​ Kongregazzjoni Kristjana

16. Min kien Titus, u għala jistaʼ jingħad li ta kont tajjeb tiegħu nnifsu lil Alla?

16 L-​Iskrittura Griega Kristjana titkellem tajjeb dwar ħafna rġiel u nisa li taw kont tajjeb tagħhom infushom. Per eżempju, kien hemm il-​Kristjan Grieg jismu Titus. Ġie ssuġġerit li hu sar Kristjan matul l-​ewwel vjaġġ missjunarju taʼ Pawlu lejn Ċipru. Ladarba Lhud u proseliti minn Ċipru għandhom mnejn kienu f’Ġerusalemm matul Pentekoste tas-​sena 33 E.K., il-​Kristjanità setgħet waslet sa dik il-​gżira ftit wara. (Atti 11:19) Minkejja dan, Titus ta prova li kien wieħed mill-​ħaddiema mseħbin leali taʼ Pawlu. Hu akkumpanja lil Pawlu u lil Barnabas fuq il-​vjaġġ lejn Ġerusalemm madwar is-​sena 49 E.K., meta l-​kwistjoni vitali taċ-​ċirkonċiżjoni ġiet solvuta. Il-​fatt li Titus ma kienx ċirkonċiż għamel impatt fuq l-​argument taʼ Pawlu li dawk ikkonvertiti għall-​Kristjanità m’għandhomx ikunu taħt il-​Liġi Mosajka. (Galatin 2:1-3) Il-​ministeru mill-​aħjar taʼ Titus huwa kkonfermat fl-​Iskrittura, u Pawlu saħansitra indirizza ittra mnebbħa b’mod divin lilu. (2 Korintin 7:6; Titu 1:1-4) Evidentement sa l-​istess tmiem tal-​korsa tiegħu fuq l-​art, Titus kompla jagħti kont mill-​aħjar tiegħu nnifsu lil Alla.

17. Liema kont tiegħu nnifsu ta Timotju, u dan l-​eżempju kif jistaʼ jeffettwana?

17 Timotju kien individwu żeluż ieħor li ta kont aċċettabbli tiegħu nnifsu lil Alla Jehovah. Għalkemm Timotju kellu xi problemi taʼ saħħa, hu wera ‘fidi vera’ u ‘ħadem maʼ Pawlu fit-​tixrid taʼ l-​evanġelju.’ L-​appostlu b’hekk setaʼ jgħid lil sħabu Kristjani ġewwa Filippi: “’Il ħadd ma għandi bħalu [bħal Timotju] li minn qalbu jieħu ħsiebkom sewwa.” (2 Timotju 1:5; Filippin 2:20, 22; 1 Timotju 5:23) Meta niffaċċjaw dgħjufijiet umani u provi oħrajn, aħna wkoll jistaʼ jkollna fidi mhix ipokrita u nistgħu nagħtu kont aċċettabbli tagħna nfusna lil Alla.

18. Min kienet Lidja, u liema spirtu wriet?

18 Lidja kienet mara qaddisa li b’mod evidenti tat kont mill-​aħjar tagħha nfisha lil Alla. Hi u taʼ darha kienu fost l-​ewwel individwi fl-​Ewropa li ħaddnu l-​Kristjanità vera minħabba l-​attività taʼ Pawlu ġewwa Filippi għall-​ħabta tas-​sena 50 E.K. Billi kienet minn Tijatira, Lidja kienet probabbilment proselita Lhudija, imma għandu mnejn li kien hemm ftit Lhud u ebda sinagoga ġewwa Filippi. Hi u xi nisa devoti oħrajn kienu qegħdin jiltaqgħu ħdejn ix-​xmara meta Pawlu kellimhom. Bħala riżultat, Lidja saret Kristjana u rnexxiela tipperswadi lil Pawlu u lil sħabu biex joqogħdu magħha. (Atti 16:12-15) L-​ospitalità li wriet Lidja tibqaʼ bħala karatteristika tal-​veri Kristjani.

19. Dorkas permezz taʼ liema għemejjel tajbin tat kont mill-​aħjar tagħha nfisha lil Alla?

19 Dorkas kienet mara oħra li tat kont mill-​aħjar tagħha nfisha lil Alla Jehovah. Meta mietet, Pietru mar Ġoppa bi tweġiba għat-​talba tad-​dixxipli li kienu joqogħdu hemmhekk. Iż-​żewġt irġiel li ltaqgħu maʼ Pietru “tellgħuh fil-​kamra taʼ fuq, u r-​romol kollha daru miegħu, jibku u juruh l-​ilbiesi u l-​imnatar li kienet għamlitilhom Tabita [“Dorkas,” NW] meta kienet għadha magħhom.” Dorkas ġiet miġjuba lura għall-​ħajja. Imma għandna niftakruha biss minħabba l-​ispirtu ġeneruż tagħha? Le. Hi kienet “dixxiplu” u żgur li hi nfisha ħadet sehem fix-​xogħol taʼ li tagħmel dixxipli. Nisa Kristjani llum b’mod simili ‘jagħmlu ħafna karità u għemejjel tajbin.’ Huma wkoll jitgħaxxqu li jkollhom sehem attiv f’li jipproklamaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna u li jagħmlu dixxipli.—Atti 9:36-42; Mattew 24:14; 28:19, 20.

20. Liema mistoqsijiet nistgħu nistaqsu lilna nfusna?

20 Il-​Bibbja turi b’mod ċar li ġnus u individwi jridu jagħtu kont lill-​Mulej Sovran Jehovah. (Sofonija 1:7) Jekk aħna ddedikati lil Alla, nistgħu għalhekk nistaqsu lilna nfusna, ‘Jien kif inqishom il-​privileġġi u r-​responsabbiltajiet tiegħi mogħtijin minn Alla? Liema tip taʼ kont qiegħed nagħti jien tiegħi nnifsi lil Alla Jehovah u lil Ġesù Kristu?’ (w96 9/15)

X’Inhuma T-​Tweġibiet Tiegħek?

◻ Kif tistaʼ tagħti prova li l-​anġli u l-​Iben t’Alla jridu jagħtu kont lil Jehovah?

◻ Liema eżempji hemm fil-​Bibbja li juru li Alla se jitlob kont mill-​ġnus?

◻ Il-​Bibbja xi tgħid dwar rendikont persunali lil Alla?

◻ Min kienu xi individwi ddokumentati fil-​Bibbja li taw kont mill-​aħjar lil Alla Jehovah?

[Stampa f’paġna 8]

Ġesù Kristu ta kont mill-​aħjar tiegħu nnifsu lil Missieru tas-​sema

[Stampa f’paġna 13]

Bħal Dorkas, nisa Kristjani llum jagħtu kont tajjeb tagħhom infushom lil Alla Jehovah

[Sors taʼ l-​istampa f’paġna 11]

Il-​Mewt taʼ Abel/The Doré Bible Illustrations/Dover Publications, Inc.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja