Werrej
IL-ĠIMGĦA MILL-25-31 TAʼ DIĊEMBRU, 2017
Għall-poplu taʼ Ġeħova, il-kant minn dejjem kien parti importanti mill-qima. Madankollu, xi wħud għandhom mnejn iħossuhom skomdi jkantaw quddiem oħrajn. Kif nistgħu nitgħallmu nkantaw għanjiet lil Ġeħova bil-kunfidenza? Dan l-artiklu jagħtina raġunijiet tajbin biex inkantaw bil-ferħ u jipprovdi xi suġġerimenti dwar kif intejbu l-vuċi tal-kant tagħna.
IL-ĠIMGĦA MILL-1-7 TAʼ JANNAR, 2018
IL-ĠIMGĦA MIT-8-14 TAʼ JANNAR, 2018
15 Imita l-ġustizzja u l-ħniena taʼ Ġeħova
Aħna nistgħu nitgħallmu lezzjonijiet imprezzabbli mill-arranġament tal-bliet tar-refuġju f’Iżrael tal-qedem. Fl-ewwel artiklu, ara kif dawk li jidinbu jistgħu jistkennu f’Ġeħova llum. Fit-tieni artiklu, ara kif l-eżempju taʼ Ġeħova jgħinna naħfru lil oħrajn, nirrispettaw il-ħajja, u naġixxu b’mod ġust.
IL-ĠIMGĦA MILL-15-21 TAʼ JANNAR, 2018
21 Tirraġunax kif tirraġuna d-dinja
IL-ĠIMGĦA MIT-22-28 TAʼ JANNAR, 2018
27 Tħalli xejn iċaħħdek mill-premju
Dawn iż-żewġ artikli huma bbażati fuq l-ittra li Pawlu kien ispirat jikteb lill-Kristjani f’Kolossi. L-ewwel artiklu jispjega x’nagħmlu meta nisimgħu ideat tad-dinja li jidhru raġunevoli. It-tieni artiklu jispjega kif nistgħu niċħdu attitudnijiet li jistgħu jżommuna milli nirċievu l-barkiet taʼ Ġeħova.