Werrej
January 15, 2016
© 2016 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
IL-ĠIMGĦA MID-29 TAʼ FRAR, 2016–6 TAʼ MARZU, 2016
3 Kunu determinati li ‘tkomplu turu mħabbitkom lejn l-aħwa’!
X’inhi l-iskrittura għas-sena 2016? Dwar xiex għandna naħsbu meta nħarsu lejha matul is-sena? Dan l-artiklu se jurina kif nibbenefikaw mill-iskrittura għas-sena.
IL-ĠIMGĦA MIS-7-13 TAʼ MARZU, 2016
9 Tqanqal mill-‘għotja b’xejn t’Alla li ma tistax tiġi deskritta’
Ġeħova tana ‘għotja b’xejn li ma tistax tiġi deskritta.’ (2 Korintin 9:15) X’inhi din l-għotja, jew rigal? Kif tqanqalna biex nimitaw lil Kristu Ġesù, biex inħobbu lil ħutna u naħfrulhom mill-qalb? Apparti t-tweġibiet taʼ dawn il-mistoqsijiet, se nikkunsidraw xi affarijiet li nistgħu nagħmlu matul l-istaġun tat-Tifkira.
IL-ĠIMGĦA MILL-14-20 TAʼ MARZU, 2016
14 L-ispirtu jixhed mal-ispirtu tagħna
IL-ĠIMGĦA MILL-21-27 TAʼ MARZU, 2016
Dawn iż-żewġ artikli se jispjegaw kif xi ħadd ikun jaf li jkun ġie mistieden biex imur fis-sema u xi jfisser għal dan l-individwu li jkun midluk. Barra minn hekk, se niddiskutu kif uħud midlukin għandhom iqisu lilhom infushom, u kif għandna naġixxu meta naraw in-numru jikber taʼ dawk li jieħdu mill-ħobż u l-inbid waqt it-Tifkira.
IL-ĠIMGĦA MIT-28 TAʼ MARZU, 2016–3 T’APRIL, 2016
27 Li naħdmu flimkien m’Alla jġib il-ferħ
Ġeħova dejjem stieden lil oħrajn biex jaħdmu miegħu ħalli jwettqu l-iskop tiegħu. Hu jrid li l-aħbar tajba tiġi ppritkata mal-art kollha, u hu stidinna biex nieħdu sehem f’dan ix-xogħol. Dan l-artiklu jiddiskuti għala x-xogħol m’Alla jġibilna ferħ kbir.
STAMPA TAL-QOXRA:
IL-MADAGASKAR
Pijunier juri skrittura lil sewwieq taʼ karrettun f’Alley of the Baobabs, f’Morondava, il-Madagaskar
PUBBLIKATURI
29,963
STUDJI TAL-BIBBJA
77,984
ATTENDENZA GĦAT-TIFKIRA