IDEA BIEX TISTUDJA
Immaġina r-Rakkonti tal-Bibbja
Il-Bibbja fiha ħafna rakkonti li ġraw u li jistgħu jgħallmuna ħafna affarijiet importanti. Jekk nipprovaw nimmaġinaw dawn ir-rakkonti, se nifhmu aħjar dak li naqraw u nibbenefikaw minnu. Dawn huma xi ideat li tistaʼ tagħmel li jgħinuk timmaġina dak li tkun qed taqra.
Aqra b’leħen għoli. Li taqra b’leħen għoli jistaʼ jgħinek timmaġina iktar x’kien qed jiġri. Meta taqraw il-Bibbja bħala familja, jistaʼ jgħinkom timmaġinaw x’kien qed jiġri jekk kull persuna taqra karattru differenti.
Poġġi lilek innifsek fir-rakkont. Ipprova ifhem x’kienu qed jaħsbu u jħossu l-karattri fir-rakkont. Pereżempju saqsi lilek innifsek: ‘Il-persuna għala tkellmet u aġixxiet b’dak il-mod? Kieku jien kont f’dik is-sitwazzjoni x’kont naħseb u kif kont inħossni?’
Pinġi. Li tpinġi dak li tkun qed taqra jistaʼ jgħinek timmaġina u tiftakar l-istorja iktar, anki jekk ma tafx tpinġi ħafna.