Artiklu li Jgħin lin-Nisa Trattati Ħażin
“MILJUNI taʼ nisa u bniet minn madwar id-dinja ġew abbużati. Int waħda minnhom? Sir af kemm Alla jimpurtah li n-nisa jkunu protetti u ara x’se jagħmel biex iwaqqaf lil dawk li jittrattaw ħażin lin-nisa.”
Hekk jibda l-artiklu fuq jw.org bl-isem, “Il-Protezzjoni tan-Nisa—X’Tgħid il-Bibbja.” Fl-aħħar tal-artiklu hemm link biex tkun tistaʼ tniżżlu bħala PDF, tipprintjah, u mbagħad titwih f’fuljett. Oħt jisimha Stacy, mill-Istati Uniti, qalet: “Ipprintjajt xi kopji, imbagħad jien u oħt oħra ħadniehom f’xelter tan-nisa fit-territorju tal-kongregazzjoni tagħna.”
Mara li taħdem fix-xelter saqsiet jekk jistgħux ikollhom iktar fuljetti biex ituhom lin-nisa li jgħixu hemm. Allura, l-oħt tathom 40 fuljett u 30 kard tal-jw.org. Meta reġgħu marru, il-maniġer tax-xelter xtaqet li l-oħt turi lin-nisa li jgħixu fix-xelter kif isir studju tal-Bibbja.
Stacy u żewġ aħwa nisa oħra marru f’xelter ieħor u ħallew ħames kopji tal-fuljett. Dawk li jaħdmu hemm xtaqu li jtuhom iktar minn dawn il-fuljetti. Waħda minnhom qalet: “Dan il-fuljett għandna bżonnu għax se jgħin lin-nisa li jgħixu hawn.” Meta l-aħwa reġgħu marru, xi wħud min-nisa li jgħixu fix-xelter marru jaraw kif isir studju tal-Bibbja u tnejn minnhom xtaqu jmorru l-laqgħa tal-weekend fis-Sala tas-Saltna.
Stacy tgħid: “Konna sorpriżi kemm in-nies ħadu pjaċir b’dan l-artiklu. Meta tipprintjah u titwih isir mod sabiħ taʼ kif taqsam il-messaġġ tas-Saltna maʼ nisa li ġew trattati ħażin. Ħadna gost naraw kemm ferħu n-nies li rċivew dan il-fuljett. Aħna nħarsu ’l quddiem biex naraw kif Ġeħova se jgħinna nkomplu naqsmu l-aħbar tajba maʼ nisa li jgħaddu minn sitwazzjoni simili.”