20-26 T’APRIL
ISAIJA 54-55
Għanja 86 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
1. X’Sagrifiċċji Lest li Tagħmel?
(10 min.)
Ġeħova wiegħed li se jgħallem lit-tfal tiegħu (Is 54:13; w09 9/15 21 ¶3)
Irridu nwarrbu l-ħin biex nitgħallmu u nistudjaw veritajiet mill-Bibbja (Is 55:1, 2; w18.11 4-5 ¶6-7)
Jinvolvi sforz biex nisimgħu sew dak li Ġeħova jgħallimna, imma dan jistaʼ jsalvalna ħajjitna (Is 55:3; be 14 ¶2-4)
STAQSI LILEK INNIFSEK, ‘Kif nistaʼ ntejjeb l-istudju personali u nagħmlu iktar regolari?’
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
Is 54:17—L-ewwel parti tal-vers f’liema tliet affarijiet tfakkarna? (w19.01 6 ¶14-15)
Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Is 54:1-10 (th studju 11)
4. Ibda Konversazzjoni
(2 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Tkellem dwar verità minn appendiċi A tal-browxer L-Imħabba Tgħinek. (lmd lezzjoni 1 punt 4)
5. Ibda Konversazzjoni
(2 min.) F’POST PUBBLIKU. Tkellem dwar verità minn appendiċi A tal-browxer L-Imħabba Tgħinek. (lmd lezzjoni 2 punt 3)
6. Kompli Ibni l-Interess
(2 min.) F’POST PUBBLIKU. Agħti lill-persuna card tal-jw.org. (lmd lezzjoni 9 punt 3)
7. Taħdita
(5 min.) be 28 ¶3–31 ¶2—Tema: Kif Tistudja. (th studju 14)
Għanja 97
8. Tħalli Xejn Itellfek Milli Tagħmel l-Istudju Personali
(15 min.) Diskussjoni.
Hemm ħafna affarijiet li jistgħu jtellfuna milli jkollna rutina tajba taʼ studju personali. Immaġina li qed tipprova tgħin lil ħu jew oħt li qed issibha diffiċli biex ikollha rutina tajba taʼ studju personali u qari tal-Bibbja. Hi tgħidlek li għandha dawn l-isfidi. Għal kull sfida, ikteb suġġeriment, prinċipju mill-Bibbja, jew referenza mill-pubblikazzjonijiet tagħna li tistaʼ tgħinha.
“Ma nafx naqra”
“Ma niħux pjaċir nistudja”
“Ma nafx minn fejn se nibda u kemm se naqra mill-Bibbja kuljum”
“Daqskemm hemm affarijiet! X’ħa nistudja kull ġimgħa?”
“Għandi ħafna x’nagħmel, allura diffiċli biex insib ħin nistudja”
“Vera nsibha diffiċli biex nikkonċentra u xi kultant ninsa xi nkun qrajt”
Uri l-VIDJOW Studju Personali Effettiv. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
Liema suġġerimenti għoġbuk biex tagħmel l-istudju personali tiegħek iktar effettiv?
9. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) lfb lezzjonijiet 78-79