LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb26 Marzu pp. 6-7
  • 23-29 taʼ Marzu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 23-29 taʼ Marzu
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2026
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2026
mwb26 Marzu pp. 6-7

23-29 TAʼ MARZU

ISAIJA 48-49

Għanja 89 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

1. Se Tmur Tajjeb Jekk Tagħti Kas X’Jgħid Ġeħova

(10 min.)

Ġeħova jgħallem lil dawk li jaqduh (Is 48:17; lff lezzjoni 35 punt 1)

Irridu nagħżlu li nagħtu kas x’jgħidilna Ġeħova (Is 48:18a; ijwbq artiklu 44 ¶2-3)

Imbagħad il-paċi tagħna tkun “bħal xmara” u t-tajjeb li nagħmlu jkun “bħall-mewġ tal-baħar” (Is 48:18b; lv 199 ¶8)

Oħt qed timxi ħdejn il-baħar waqt inżul ix-xemx.

XI JFISSER: Il-kelma bil-Lhudi għal “paċi” tagħti l-idea taʼ saħħa, sigurtà, ħbiberiji, li tħossok sew, u li tlesti xi ħaġa.

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Is 48:17​—Kif nibbenefikaw meta nikkummentaw fil-laqgħat? (w19.01 9 ¶7)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

(4 min.) Is 48:9-20 (th studju 11)

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Ibda Konversazzjoni

(3 min.) XHIEDA INFORMALI. Stieden lil xi ħadd tal-familja li m’għadux jattendi l-laqgħat għat-taħdita speċjali u għat-Tifkira. (lmd lezzjoni 5 punt 3)

5. Kompli Ibni l-Interess

(4 min.) XHIEDA INFORMALI. Spjega x’jiġri waqt it-Tifkira lil xi ħadd li jixtieq jattendi. (lmd lezzjoni 9 punt 3)

6. Kompli Ibni l-Interess

(5 min.) XHIEDA INFORMALI. Wara li tispiċċa t-taħdita tat-Tifkira, wieġeb xi mistoqsijiet taʼ xi ħadd li attenda. (lmd lezzjoni 8 punt 3)

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 107

7. Ibbenefika mill-Iktar Ġurnata Importanti tas-Sena

(15 min.) Diskussjoni.

Meta nattendu t-Tifkira kull sena nkunu qed nobdu lil Ġesù u nuru li napprezzaw ir-rigal tal-fidwa li tana Ġeħova. (Lq 22:19) Però, din hi wkoll opportunità biex naħsbu dwar kemm Ġeħova u Ibnu jħobbuna. (Ga 2:20; 1Ġw 4:9, 10) Kif nistgħu nibbenefikaw bl-aħjar mod mir-rigal li tana Ġeħova? Kif nistgħu ngħinu wħud interessati biex jibbenefikaw huma wkoll?

  • Kuljum aqra u aħseb dwar il-versi tal-qari tal-Bibbja tat-Tifkira

  • Immedita fuq ir-rigal tal-fidwa u fuq kif għandek tgħix biex turi li tapprezzah

  • Agħmel li tistaʼ biex tistieden lil tal-familja, nies oħra li taf, u nies li jgħixu fit-territorju tiegħek għat-taħdita speċjali u għat-Tifkira

  • Ilqaʼ lin-nies li jiġu għat-Tifkira bi tbissima u bil-ħlewwa. Int żgur li se tieħu ħsieb lil dawk li stidint inti stess, imma kun lest li tgħin ukoll lil dawk li jiġu weħidhom bl-invit. Tistaʼ tistaqsihom jekk iridux joqogħdu bilqiegħda ħdejk

  • Kun lest li twieġeb xi mistoqsijiet li jkollhom dawk li jiġu għat-Tifkira

  • Kun lest li tilqaʼ lil dawk inattivi. L-anzjani b’mod speċjali jridu jkunu lesti li jilqgħu lil dawk li xi darba kienu Xhieda taʼ Ġeħova

Stampa mill-vidjow: “Ġesù ‘ġie jfittex u jsalva dak li kien mitluf.’” Aħwa qed jieħdu pjaċir jitkellmu flimkien fis-Sala tas-Saltna matul il-lejl tat-Tifkira.

Uri l-VIDJOW Ġesù “ġie jfittex u jsalva dak li kien mitluf.” Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • X’tgħallimt dwar kemm hu importanti li fit-Tifkira tilqaʼ lil dawk li waqfu jiġu l-laqgħat jew jippritkaw?

    Stampa mill-vidjow: “Ġesù ‘ġie jfittex u jsalva dak li kien mitluf.’” Oħt qed tgħannaq oħt inattiva fit-Tifkira.

8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

(30 min.) lfb lezzjonijiet 72-73

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja 134 u Talba

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja