GĦIX BĦALA KRISTJAN
Saħħaħ il-Fidi Tiegħek fil-Kelma t’Alla
Il-Kelma t’Alla tistaʼ tbiddlilna ħajjitna. (Eb 4:12) Madankollu, biex nibbenefikaw mill-gwida u l-pariri tagħha, aħna għandna bżonn inkunu konvinti li tassew hija “l-kelma t’Alla.” (1Te 2:13) Kif nistgħu nsaħħu l-fidi tagħna fil-Bibbja?
Aqra parti mill-Bibbja kuljum. Int u taqra, fittex għal evidenza li Ġeħova hu l-Awtur tagħha. Pereżempju, ara l-pariri li hemm fil-ktieb tal-Proverbji u agħti kas kif l-għerf li fih japplika għal-lum.—Pr 13:20; 14:30.
Ibda proġett taʼ studju. Sir familjari mal-evidenza li turi li l-Bibbja hi ispirata. Fil-ktieb Gwida għall-Pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova, fittex taħt is-suġġett “Bibbja” u mbagħad “Imnebbħa minn Alla.” Tistaʼ wkoll issaħħaħ il-fidi tiegħek li l-messaġġ tal-Bibbja ma nbidilx billi teżamina l-informazzjoni fl-artiklu “Il-Bibbja Kif Baqgħet Teżisti sal-Lum?” fil-ħarġa taʼ Stenbaħ! taʼ Novembru 2007.
ARA L-VIDJOW GĦALA GĦANDNA L-FIDI . . . FIL-KELMA T’ALLA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
Il-fatt li sabu ħajt f’tempju f’Karnak, l-Eġittu, kif jikkonferma l-verità tal-Kelma t’Alla?
Kif nafu li l-messaġġ tal-Bibbja ma nbidilx?
Il-fatt li l-Bibbja għadha teżisti sal-lum kif juri li hi l-Kelma t’Alla?—Aqra Isaija 40:8