Avviżi
◼ Offerta tal-letteratura għal Novembru: Offri l-browxer Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha? Diċembru: L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Jekk hemm it-tfal fid-dar, offri l-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir jew Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja. Jannar: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Stinka biex tibda studji tal-Bibbja fl-ewwel żjara. Jekk l-inkwilini jkollhom il-ktieb diġà u ma jaċċettawx studju tal-Bibbja, il-pubblikaturi jistgħu joffru rivista iktar antika jew kwalunkwe browxer li jinteressa lill-persuna. Frar: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin li se jkunu taʼ interess għan-nies fil-komunità: Veru li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Ibqaʼ Għassa!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, Ktieb għan-Nies Kollha, X’Jiġrilna meta Mmutu?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Nota: Qabel ma tordnaw xi browxers mill-uffiċċju tal-fergħa jekk jogħġobkom iċċekkjaw mal-kongregazzjonijiet lokali jekk għandhomx ħażna taʼ browxers li jistgħu jagħtukom minnha.