Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Frar: Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja. Marzu: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel ħiltek biex tibda studji tal-Bibbja. April u Mejju: Ir-rivisti It-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! Meta terġaʼ żżur lil nies interessati, inkluż dawk li attendew it-Tifkira jew xi attivitajiet teokratiċi oħrajn iżda li mhumiex jissieħbu b’mod attiv mal-kongregazzjoni, ikkonċentra fuq li tibda studji bil-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem?
◼ It-taħdita pubblika speċjali għall-istaġun tat-Tifkira tal-2011 se tkun intitolata “Jistgħu l-Prinċipji tal-Bibbja Jgħinuna Nkampaw mal-Problemi tal-Lum?”
◼ Nhar il-Ħadd, 17 t’April se ssir it-Tifkira, u għalhekk mhux se jsiru laqgħat dakinhar ħlief dawk tas-servizz tal-għalqa. Kongregazzjonijiet li s-soltu għandhom il-laqgħa tal-kongregazzjoni dakinhar jistgħu jibdluha għal ġurnata oħra fost il-ġimgħa. Jekk diversi kongregazzjonijiet jiltaqgħu fl-istess Sala tas-Saltna u ma tkunx tistaʼ tinżamm il-laqgħa ġurnata oħra, din tistaʼ tiġi kanċellata. Jekk jiġri hekk, il-familji huma mħeġġin jikkunsidraw il-materjal għall-istudju fit-Torri tal-Għassa matul il-lejla tal-Qima tal-Familja tagħhom.