LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/09 p. 4
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2009
Il-Ministeru tas-Saltna—2009
km 1/09 p. 4

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Jannar: Offri l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Jekk l-​inkwilini jkollhom il-​ktieb diġà, imbagħad offri pubblikazzjoni iktar antika li l-​kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżuna. L-​indokratur tas-​servizz taʼ kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-​koordinatur tal-​letteratura tas-​Sala tas-​Saltna biex jara jekk hemmx iżżejjed minn xi kotba antiki. Frar: Offri l-​ktieb Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja. Marzu: Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel sforz diliġenti biex tibda studji tal-​Bibbja. April: Se jiġu offruti kopji individwali tat-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Meta terġaʼ żżur lil nies interessati, inkluż dawk li jattendu t-​Tifkira u/jew xi attivitajiet teokratiċi oħrajn iżda li m’humiex jissieħbu b’mod attiv mal-​kongregazzjoni, stinka biex tħallilhom il-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Il-​mira għandha tkun li jinbeda studju tal-​Bibbja b’dan il-​ktieb.

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom jagħmlu arranġamenti konvenjenti biex din is-​sena josservaw it-​Tifkira nhar il-​Ħamis, 9 t’April, wara nżul ix-​xemx. Kull kongregazzjoni għandha tipprova tagħmel l-​osservanza tat-​Tifkira għaliha. Fejn normalment għadd taʼ kongregazzjonijiet jużaw l-​istess Sala tas-​Saltna, forsi kongregazzjoni minnhom jew iktar jistgħu jiksbu l-​użu taʼ xi post ieħor għal dik il-​lejla. Fejn ikun possibbli, nissuġġerixxu li jkun hemm minn taʼ l-​inqas 40 minuta bejn laqgħa u oħra sabiex kulħadd ikun jistaʼ jibbenefika bis-​sħiħ minn ftit sħubija wara t-​Tifkira.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja