LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/08 pp. 7-8
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 6/08 pp. 7-8

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Ġunju: Qim lill-​Uniku Alla Veru flimkien mat-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Griega Kristjana (bi7-MT). Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-​Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-​Affarijiet Kollha Ġodda,” Ibqaʼ Għassa!, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna Meta Mmutu?, jew browxers oħrajn li jistgħu jkunu adattati għat-​territorju tiegħek. Settembru: Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel sforz speċjali biex tibda studji tal-​Bibbja fl-​ewwel żjara. Meta l-​inkwilini diġà jkollhom din il-​pubblikazzjoni, urihom kif jistgħu jibbenefikaw minnha billi turi kif isir studju tal-​Bibbja fil-​qosor.

◼ Minħabba li Awissu fih ħames Sibtijiet u Ħdud u festa pubblika, ikun xahar eċċellenti biex wieħed jaqdi bħala pijunier awżiljarju.

◼ Xi ħadd inkarigat mill-​indokratur li jippresiedi għandu jawditja l-​kontijiet tal-​kongregazzjoni għax-​xhur taʼ Marzu, April, u Mejju. Meta dan ikun sar, għandu jsir avviż lill-​kongregazzjoni wara li jinqara r-​rapport tal-​kontijiet li jmiss.—Ara Istruzzjonijiet għall-​Kontijiet tal-​Kongregazzjoni (S-27).

◼ Huwa rikkmandat li l-​applikazzjonijiet għas-​servizz taʼ pijunier regulari jintbagħtu lill-​uffiċċju taʼ Malta minn taʼ l-​inqas 30 jum qabel id-​data li fiha wieħed ikun jixtieq jibda jaqdi. Is-​segretarju tal-​kongregazzjoni għandu jirrivedi l-​formoli sabiex ikun żgur li jkunu mtlew sew. Jekk dawk li japplikaw ma jistgħux jiftakru eżattament id-​data tal-​magħmudija tagħhom, għandhom jaraw meta kienet bejn wieħed u ieħor u jżommu nota tagħha. Is-​segretarju għandu jżomm nota taʼ din id-​data fuq il-​kard bit-​titlu Congregation’s Publisher Record (S-21).

◼ Minn Jannar 2008 ’l hawn, sar possibbli biex The Watchtower u Awake! ikunu jistgħu jinstemgħu jinqraw bl-​Ingliż u bl-​Ispanjol fuq is-​sit www.jw.org. Ħafna jippreferu jniżżlu dawn ir-​rivisti bl-​awdjo, li jkunu disponibbli qabel is-​CD jew l-​MP3 fil-​kongregazzjonijiet. Kulmeta titniżżel xi rivista, l-​organizzazzjoni toħroġ xi spejjeż. Madankollu, dan il-​metodu taʼ tqassim huwa iktar ekonomiku milli jagħmlu s-​CDs u jibagħtuhom. Għalhekk, pubblikaturi li jniżżlu r-​rivisti huma mħeġġin biex jikkanċellaw l-​ordni tagħhom tas-​CD jew l-​MP3 mal-​ħu inkarigat bir-​rivisti. Maż-​żmien, rivisti b’iktar lingwi se jsiru disponibbli bl-​awdjo fuq is-​sit www.jw.org.

◼ Matul il-​perijodu taʼ ħames ġimgħat li jibda mit-​30 taʼ Ġunju sal-​ġimgħa tat-​28 taʼ Lulju, 2008, se nikkunsidraw il-​browxer Id-​Demm Kif Jistaʼ Jsalvalek Ħajtek? fl-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni. Mistoqsijiet imħejjijin għall-​browxer jinsabu f’paġni 3-6 taʼ din il-​ħarġa tal-​Ministeru tas-​Saltna. Wara dan, il-​kongregazzjonijiet kollha se jistudjaw il-​pubblikazzjoni Għix bil-​Jum taʼ Ġeħova f’Moħħok.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja