LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/08 p. 3
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 3/08 p. 3

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Marzu: Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel sforz ħabrieki biex tibda studji tal-​Bibbja. April: Se jiġu offruti kopji individwali tat-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Se jsir sforz speċjali biex inżuru lin-​nies interessati ġodda li attendew it-​Tifkira u t-​taħdita pubblika speċjali imma li m’humiex jassoċjaw b’mod attiv mal-​kongregazzjoni. Il-​mira taʼ dawn iż-​żjajjar għandha tkun li nibdew studju tal-​Bibbja fid-​dar maʼ dawk li għadhom m’aċċettawx wieħed. Mejju: Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Griega Kristjana (bi7-MT). Ġunju: Qim lill-​Uniku Alla Veru flimkien mat-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Griega Kristjana (bi7-MT).

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom iqassmu l-​aħħar ħarġiet tat-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! malli jirċivuhom. Dan se jagħti ċans lill-​pubblikaturi biex isiru midħla taʼ dak li jkun fihom qabel ma joffru r-​rivisti fis-​servizz taʼ l-​għalqa.

◼ Xi ħadd inkarigat mill-​indokratur li jippresiedi għandu jawditja l-​kontijiet tal-​kongregazzjoni għax-​xhur taʼ Diċembru, Jannar, u Frar. M’għandhiex tintuża l-​istess persuna biex tawditja l-​kontijiet kull darba. Meta dan ikun sar, għandu jsir avviż lill-​kongregazzjoni wara li jinqara r-​rapport tal-​kontijiet li jmiss.—Ara l-​Instructions for Congregation Accounting (S-27).

◼ It-​tema għall-​konvenzjonijiet distrettwali taʼ l-​2008 hija “Gwidati mill-​Ispirtu t’Alla.” Il-​ħarġa tal-​Ministeru tas-​Saltna għal April se tagħti informazzjoni utli u dettaljata sabiex int tkun tistaʼ tiffinalizza l-​pjanijiet persunali tiegħek ħalli tattendi din il-​konvenzjoni taʼ tlett ijiem. Jekk għandek bżonn titlob għal-​leave mix-​xogħol sabiex tkun preżenti għat-​tlett ijiem sħaħ, iżżommx lura milli tagħmel dan.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja