Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Jannar: Kwalunkwe pubblikazzjoni li hi iktar antika u li l-kongregazzjoni għandha maħżuna. L-indokratur tas-servizz taʼ kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-koordinatur tal-letteratura tas-Sala tas-Saltna biex jara jekk hemmx xi kotba li huma iktar antiki żejda. Il-kongregazzjonijiet li m’għandhomx pubblikazzjonijiet antiki bħal dawn maħżunin jistgħu jużaw il-ktieb Għarfien (jekk disponibbli) jew il-browxer Ibqaʼ Għassa! Frar: Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja. Marzu: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel sforz ħabrieki biex tibda studji tal-Bibbja. April u Mejju: Se jiġu offruti kopji individwali tat-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Se jsir sforz speċjali biex inżuru lin-nies interessati ġodda li attendew it-Tifkira u t-taħdita pubblika speċjali imma li m’humiex jassoċjaw b’mod attiv mal-kongregazzjoni. Il-mira taʼ dawn iż-żjajjar għandha tkun biex nibdew studju tal-Bibbja fid-dar maʼ dawk li għadhom m’aċċettawx wieħed.
◼ Minħabba li Marzu fih ħames Sibtijiet u Ħdud u d-19 u l-31 taʼ Marzu huma festi pubbliċi, dan ikun xahar eċċellenti biex wieħed jaqdi bħala pijunier awżiljarju.
◼ B’seħħ minn Frar, u mhux iżjed tard mit-2 taʼ Marzu, it-taħdita pubblika l-ġdida għall-indokraturi tas-circuit se tkun intitolata “Fejn Tistaʼ Ssib l-Għajnuna fi Żmien taʼ Inkwiet?”
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jagħmlu arranġamenti xierqa biex din is-sena josservaw it-Tifkira nhar is-Sibt, 22 taʼ Marzu, wara nżul ix-xemx. Għalkemm it-taħdita tistaʼ tibda iktar kmieni, it-tqassim taʼ l-emblemi m’għandux jibda qabel inżul ix-xemx. Iċċekkjaw maʼ sorsi lokali biex tiddeterminaw meta jseħħ inżul ix-xemx fil-lokalità tagħkom. Kull kongregazzjoni għandha tipprova tagħmel l-osservanza tat-Tifkira għaliha. Però, dan jistaʼ ma jkunx dejjem possibbli. Fejn normalment għadd taʼ kongregazzjonijiet jużaw l-istess Sala tas-Saltna, forsi kongregazzjoni minnhom jew iktar jistgħu jiksbu l-użu taʼ xi post ieħor għal dik il-lejla. Fejn ikun possibbli, nissuġġerixxu li jkun hemm minn taʼ l-inqas 40 minuta bejn laqgħa u oħra sabiex kulħadd ikun jistaʼ jibbenefika bis-sħiħ minn ftit sħubija wara t-Tifkira. Tajjeb li dak li jkun iżomm f’moħħu l-problemi tat-traffiku u taʼ l-ipparkjar. Għandhom isiru arranġamenti wkoll għal dawk li m’għandhomx trasport. Il-ġemgħa taʼ l-anzjani għandha tiddeċiedi liema arranġamenti jkunu l-aħjar lokalment.
◼ Is-segretarji tal-kongregazzjonijiet għandhom ikunu ċerti li jkollhom pioneer appointment letter (S-202) għal kull pijunier regulari fil-kongregazzjoni. Jekk le, iridu jinformaw lill-uffiċċju lokali bil-miktub.