Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fil-31 taʼ Diċembru, 2007. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tal-5 taʼ Novembru sal-31 taʼ Diċembru, 2007. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi wara l-mistoqsija, ikollok bżonn tagħmel riċerka int innifsek biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Il-konklużjoni kif tistaʼ tirrelataha mat-tema tat-taħdita tiegħek? [ht pġ. 79 pari. 1–3]
2. Kif nistgħu nkunu ċerti li dak li ngħidu fil-ministeru taʼ l-għalqa jkun eżatt? [ht pġ. 80 par. 9]
3. Kif tistaʼ tinduna jekk konklużjoni hijiex taʼ tul xieraq? [ht pġ. 80 par. 10-pġ. 81 par. 11]
4. Il-konklużjoni f’taħdita li hija parti minn simposju jew mil-laqgħa tas-servizz kif tkun differenti mis-soltu? [ht pġ. 81 par. 14]
5. X’jirriżulta jekk iż-żamma tal-ħin ma tingħatax attenzjoni bil-għaqal? [ht pġ. 81 par. 15-pġ. 82 par. 18]
INKARIGU NRU. 1
6. Xi jfisser il-kliem taʼ Ġesù f’Mattew 17:20? [gt kap. 61]
7. Ġesù kif jipprovdi eżempju eċċellenti bil-mod kif jikkoreġi lill-appostli tiegħu? [gt kap. 62]
8. Il-fatt li nafu t-tifsir taʼ Xeol u Ħades, kif jgħinna nifhmu l-irxoxt? [bh pġ. 213]
9. L-indokraturi xi jżommu f’moħħhom meta jieħdu deċiżjonijiet ġudizzjarji fil-kongregazzjoni? [gt kap. 63]
10. Ġesù x’ried ifisser meta qal, “Ebda bniedem li jkun poġġa idu fuq il-moħriet u jħares lejn dak li hemm warajh m’hu xieraq għas-saltna t’Alla”? (Lq. 9:62) [gt kap. 65]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Il-profezija taʼ Ġoel dwar invażjoni mill-insetti kif ġiet imwettqa fl-ewwel seklu, u kif qed titwettaq illum? (Ġoel 2:1-10, 28) [w07 10/1 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Kotba taʼ Ġoel u Għamos”]
12. X’kienet tfisser il-“qoffa bil-frott tas-sajf”? (Għam. 8:1, 2) [w07 10/1 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Kotba taʼ Ġoel u Għamos”]
13. Ġeħova f’liema sens “raġaʼ bdielu mid-deni li qal li kien se jagħmlilhom” lin-Ninwin, u dan kif għandu jeffettwa lilna? (Ġona 3:10) [w03 7/15 pġi. 17-18]
14. Xi jfisser li wieħed jimxi f’isem Ġeħova? (Mik. 4:5) [w03 8/15 pġ. 17, par. 19]
15. Ġeħova meta u kif ġie fit-“tempju” tiegħu biex jagħmel ġudizzju fi żmien modern? (Mal. 3:1-3) [re-E pġ. 32 kaxxa; jd-E pġ. 179 par. 3–pġ. 181 par. 6]