LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/07 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 8/07 p. 7

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Veru li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!, Ibqaʼ Għassa!, “Ħares! Qed Nagħmel l-​Affarijiet Kollha Ġodda,” Għandek Int Temmen fit-​Trinità?, X’Jiġrilna meta Mmutu?, X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja​—Kif Tistaʼ Ssibu?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, jew xi browxers oħrajn li jkunu adattati għat-​territorju tiegħek. Settembru: Offri l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel sforz speċjali biex tibda studji tal-​Bibbja fl-​ewwel żjara. Meta l-​inkwilini jkollhom diġà din il-​pubblikazzjoni uri kif jistgħu jibbenefikaw minnha billi turi fil-​qosor kif isir studju tal-​Bibbja. Ottubru: Kopji individwali kemm tat-​Torri taʼ l-​Għassa u kemm taʼ l-​Awake! Meta jintwera interess, ippreżenta u ddiskuti l-​fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-​Bibbja? bil-​mira li tibda studju tal-​Bibbja. Novembru: Se jiġi offrut Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir. Meta l-​inkwilini jindikaw li m’għandhomx tfal, offri l-​browxer Ibqaʼ Għassa!

◼ Peress li Settembru se jkollu ħames Sibtijiet u Ħdud, ikun xahar eċċellenti għal min jixtieq jaqdi bħala pijunier awżiljarju.

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw it-​2008 Calendar of Jehovah’s Witnesses, Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum​—2008, u t-​2008 Yearbook of Jehovah’s Witnesses maʼ l-​ordni tagħhom tal-​letteratura li jmiss. Lista tal-​lingwi li bihom se jkunu disponibbli dawn il-​pubblikazzjonijiet se tidher fl-​“Avviż lill-​Kongregazzjonijiet Kollha,” li jintbagħat kull xahar.

◼ L-​anzjani huma mfakkrin biex isegwu l-​istruzzjonijiet mogħtijin f’paġni 13-15 tat-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Lulju, 1991, rigward xi wħud maqtugħin mis-​sħubija jew diżassoċjati li forsi għandhom ix-​xewqa li jiġu aċċettati lura.

◼ Minħabba l-​fatt li għalissa m’hemmx provvediment għal divorzju legali f’Malta, kwalunkwe mistoqsija rigward jekk dak li jkun jistax jerġaʼ jiżżewweġ skond l-​Iskrittura jew id-​Dikjarazzjoni li Twiegħed Fedeltà għandha tiġi indirizzata lill-​ġemgħa taʼ l-​anzjani. Mill-​banda l-​oħra, l-​anzjani se jirrivedu l-​ittra lill-​ġemgħat taʼ l-​anzjani kollha bid-​data taʼ l-​1 taʼ Diċembru, 2002 u jiktbu lill-​uffiċċju lokali qabel ma jwieġbu kwalunkwe mistoqsija.

◼ L-​inventarju annwali tal-​letteratura u r-​rivisti kollha disponibbli għandu jsir fil-​31 t’Awissu, 2007, jew kemm jistaʼ jkun qrib din id-​data. Dan l-​inventarju huwa simili għal dak li jagħmel il-​koordinatur tal-​letteratura meta kull xahar jgħodd kollox, u t-​totali jridu jitniżżlu fil-​formola tal-​Literature Inventory (S-18). L-​ammont totali taʼ rivisti disponibbli jistaʼ jinkiseb mill-​ħu (aħwa) inkarigat(i) mir-​rivisti. Is-​segretarju tal-​kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-​koordinazzjoni għandu jiċċekkja l-​inventarju. Hu u l-​indokratur li jippresiedi tal-​kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-​koordinazzjoni mbagħad jiffirmaw il-​formola. Kull kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-​koordinazzjoni se tirċievi tliet formoli tal-​Literature Inventory. Jekk jogħġobkom ibagħtu l-​oriġinali bil-​posta lill-​uffiċċju lokali mhux iktar tard mis-​6 taʼ Settembru. Żommu kopja għall-​files tagħkom. It-​tielet kopja tistaʼ tintuża bħala karta biex taħdmu fuqha.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja