Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fit-30 t’April, 2007. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tal-5 taʼ Marzu sat-30 t’April, 2007. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi wara l-mistoqsija, ikollok bżonn tagħmel riċerka int innifsek biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Wieħed kif jistaʼ jagħmel il-qari tiegħu jinstemaʼ naturali? [ht pġ. 50 pari. 21, 22]
2. Pronunzja fqira għala m’hijiex mixtieqa? [ht pġ. 51 par. 25]
3. Il-koerenza liema rwol għandha f’taħdita? [ht pġ. 53 par. 2]
4. L-udjenza kif teffettwa l-użu taʼ transizzjonijiet għall-koerenza? [ht pġ. 54 par. 8]
5. Għala huwa vitali li ma jitħallew barra ebda ideat fundamentali f’taħdita? [ht pġ. 57 par. 21]
INKARIGU NRU. 1
6. Id-dixxipli kif inhuma differenti mill-folol fuq ix-xtajta? [gt kap. 43 pari. 20-22]
7. X’inhu ħafna iktar importanti dwar il-fidwa taʼ Kristu mill-benefiċċji li nirċievu permezz tagħha? [w05 11/1 pġ. 14 par. 1]
8. Xi rridu niddeterminaw l-ewwel biex inkunu nafu meta kellha tkun il-wasla tal-Messija? [bh pġ. 198-199 par. 1]
9. Il-mara kif tiġi mfejqa, u Ġesù kif ifarraġha? [gt kap. 46 pari. 6, 10]
10. Ġesù għala jgħid li t-tifla mejta hi biss rieqda? [gt kap. 47 par. 4]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Kif nistgħu nistinkaw biex napplikaw il-parir f’Ġeremija 6:16 biex nimxu fil-‘mogħdijiet taʼ dari, fejn hi t-triq it-tajba’?
12. Ġeħova għala uża ċ-ċikonja biex jagħti lezzjoni prattika lil-Lhud infidili, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? (Ġer. 8:7)
13. Ġeremija 15:17 kif jeffettwa l-ħarsa tagħna lejn id-divertiment illum?
14. Il-bnedmin kif inhuma bħal tafal f’idejn il-Fuħħari l-Kbir, Ġeħova? (Ġer. 18:5-11)
15. L-ordni taʼ kif il-ġnus huma msemmijin f’Ġeremija 25:17-26 kif inhu sinifikanti għal żmienna?