Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fil-25 taʼ Diċembru, 2006. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tas-6 taʼ Novembru sal-25 taʼ Diċembru, 2006. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi wara l-mistoqsija, ikollok bżonn tagħmel riċerka int innifsek biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Kif tistaʼ tkun taf jekk tkunx qiegħed tiġi mifhum? [ht pġ. 36 par. 13]
2. Kif tistaʼ tenfasizza tema fit-taħdita tiegħek? [ht pġ. 38 par. 4]
3. Kif tistaʼ tagħżel tema xierqa? [ht pġ. 38 par. 6]
4. Kif jistaʼ kelliemi jenfasizza t-tema tat-taħdita tiegħu mingħajr ma jsir monotonu? [ht pġ. 39 par. 8]
5. X’jiddetermina jekk hemmx ħafna punti fit-taħdita tiegħek jew le? [ht pġ. 41 par. 15]
INKARIGU NRU. 1
6. Ġwanni għala staqsa lil Ġesù, “Int Dak li għandu jiġi jew għandna nistennew lil xi ħaddieħor?” (Lq. 7:19) [gt kap. 38]
7. X’inhu l-madmad ħanin li joffri Ġesù? [gt kap. 39]
8. Il-mod kif Ġesù ttratta l-mara li tissemma f’Luqa 7:36-50 u Mattew 11:28-30 x’jirrivela? [gt kap. 40]
9. Il-qraba taʼ Ġesù għala ġew biex jaħtfuh? [gt kap. 41]
10. Il-ġenituri Kristjani tiegħek għala huma l-iktar nies kwalifikati biex jagħtuk il-pariri? [w04 10/15 pġ. 21]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. “Dawk li jfittxu l-Mulej” għala jistgħu ‘jifhmu kollox’? (Prov. 28:5)
12. ‘It-taħbit taʼ l-iblah’ għala “jifnih”? (Koħ. 10:15)
13. It-tfajla Sulamija kif tat prova li kienet bħal “ġnien magħluq tajjeb,” u b’liema mod hi eżempju mill-aqwa għan-nisa Kristjani li m’humiex miżżewġin? (Għan. 4:12)
14. Billi stieden lill-Iżraelin biex ‘jirraġunaw flimkien,’ kien Ġeħova qed jindika li hu kien lest li jirraġuna mal-poplu tiegħu u jilħqu kompromess? (Is. 1:18a)
15. Isaija 11:6-9 kif twettaq fi żmien il-qedem, u x’inhu t-twettiq akbar tiegħu?