Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal April u Mejju: Offri kopji individwali tat-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Meta tagħmel żjajjar lura lil persuni interessati, inkluż dawk li jattendu t-Tifkira u/jew attivitajiet teokratiċi oħra iżda m’humiex jassoċjaw b’mod attiv mal-kongregazzjoni, ipprova ħallilhom il-ktieb il-ġdid Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Il-mira għandha tkun li jinbeda studju tal-Bibbja b’dan il-ktieb. Ġunju: Offri l-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Jekk xi ħadd jgħid li m’għandux tfal, offri l-ktieb Hena Fil-Familja. Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Għandek Int Temmen fit-Trinità?, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja-Kif Tistaʼ Ssibu?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, X’Jiġrilna meta Mmutu?, u Ibqaʼ Għassa!
◼ B’seħħ minn April, il-badges tal-konvenzjoni distrettwali għall-2006 se jkunu inklużi awtomatikament mal-letteratura li tasal bil-baħar. Mhux se jkun hemm bżonn li dawn jiġu ordnati sakemm ma jkunx hemm grupp taʼ lingwa barranija msieħeb mal-kongregazzjoni tiegħek. Jekk il-kongregazzjoni jkollha bżonn iktar badges, dawn għandhom jiġu ordnati fuq il-Literature Request Form (S-14). Il-plastik fejn jinżammu l-badges għandu jiġi ordnat għal dawk kollha fil-kongregazzjoni li jixtiquh.
◼ Is-segretarji tal-kongregazzjonijiet għandhom iżommu provvista adegwata tal-formoli Applikazzjoni għas-Servizz taʼ Pijunier Regulari (S-205-MT) u Applikazzjoni għas-Servizz taʼ Pijunier Awżiljarju (S-205b-MT). Dawn jistgħu jiġu ordnati fuq il-Literature Request Form (S-14). Żommu provvista minn taʼ l-inqas għal sena sħiħa. Qabel ma jintbagħtu l-formoli għall-applikazzjoni taʼ pijunier regulari fl-uffiċċju lokali, kunu ċerti li l-mistoqsijiet kollha jkunu ġew imweġbin.