Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Jannar: Kwalunkwe pubblikazzjoni antika li l-kongregazzjoni għandha maħżuna. L-indokratur tas-servizz taʼ kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-koordinatur tal-letteratura tas-Sala tas-Saltna biex jara jekk hemmx iżżejjed minn xi kotba antiki. Jekk m’għandkomx pubblikazzjonijiet antiki maħżuna, jekk jogħġbok iċċekkja mal-kongregazzjonijiet fil-qrib jekk għandhomx letteratura antika disponibbli li tistgħu tużaw. Frar: Offri l-ktieb Ersaq Qrib Lejn Jehovah. Marzu: Offri l-browxer Ibqaʼ Għassa! Jekk l-individwu juri interess ġenwin, introduċi l-ktieb Għarfien bil-mira li tibda studju tal-Bibbja. April u Mejju: Offri kopji individwali tat-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Meta tagħmel żjajjar lura lil persuni interessati, inkluż dawk li jattendu t-Tifkira u/jew attivitajiet teokratiċi oħra iżda m’humiex jassoċjaw b’mod attiv mal-kongregazzjoni, ipprova ħallilhom il-ktieb il-ġdid Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Il-mira għandha tkun li jinbeda studju tal-Bibbja b’dan il-ktieb.
◼ Minħabba li April fih ħames Sibtijiet u Ħdud u l-Ġimgħa, 14 t’April hija festa pubblika, ikun xahar eċċellenti biex wieħed jaqdi bħala pijunier awżiljarju.
◼ B’seħħ minn Frar, u mhux iżjed tard mill-5 taʼ Marzu, it-taħdita pubblika l-ġdida għall-indokraturi tas-circuit se tkun “Tistaʼ Tgawdi l-Ħajja fil-Paċi Issa—U għal Dejjem.”
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jagħmlu arranġamenti konvenjenti biex din is-sena josservaw it-Tifkira nhar l-Erbgħa, 12 t’April, wara nżul ix-xemx. Għalkemm it-taħdita tistaʼ tibda iktar kmieni, it-tqassim taʼ l-emblemi m’għandux jibda qabel inżul ix-xemx. Iċċekkjaw maʼ sorsi lokali biex tiddeterminaw meta jseħħ inżul ix-xemx fil-lokalità tagħkom. Kull kongregazzjoni għandha tipprova tagħmel l-osservanza tat-Tifkira għaliha. Però, dan jistaʼ ma jkunx dejjem possibbli. Fejn normalment għadd taʼ kongregazzjonijiet jużaw l-istess Sala tas-Saltna, forsi kongregazzjoni minnhom jew iktar jistgħu jiksbu l-użu taʼ xi post ieħor għal dik il-lejla. Fejn ikun possibbli, nissuġġerixxu li jkun hemm minn taʼ l-inqas 40 minuta bejn laqgħa u oħra sabiex kulħadd ikun jistaʼ jibbenefika bis-sħiħ mill-okkażjoni. Għandha tingħata konsiderazzjoni għall-problemi tat-traffiku u taʼ l-ipparkjar. Għandhom isiru arranġamenti wkoll għal dawk li m’għandhomx trasport. Il-ġemgħa taʼ l-anzjani għandha tiddeċiedi liema arranġamenti jkunu l-aħjar lokalment.
◼ Kulmeta l-pjanijiet biex tivvjaġġa jinkludu li tattendi l-laqgħat tal-kongregazzjoni, xi assemblea, jew xi konvenzjoni distrettwali f’pajjiż ieħor, ir-rikjesta tiegħek għall-informazzjoni fuq id-dati, il-ħinijiet, u l-postijiet fejn dawn isiru, trid tkun diretta lill-uffiċċju tal-fergħa li jieħu ħsieb ix-xogħol f’dak il-pajjiż. L-indirizzi taʼ l-uffiċċji tal-fergħa jinsabu mniżżlin fl-aħħar paġna tal-Yearbook kurrenti.