LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/05 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 9/05 p. 7

Avviżi

◼ Settembru: Għandu jsir sforz speċjali biex jiġu offruti dawn il-​pubblikazzjonijiet li ġejjin: Tgħix Għal Dejjem u Hena Fil-​Familja jew xi pubblikazzjoni inqas reċenti li l-​kongregazzjoni għandha maħżuna. Ottubru: Offri kopji individwali kemm tat-​Torri taʼ l-​Għassa u kemm taʼ Stenbaħ! Meta jintwera interess, jekk jogħġbok ippreżenta l-​browxer X’Jirrikjedi. Novembru: Offri l-​ktieb Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir. Jekk l-​inkwilini jindikaw li m’għandhomx tfal, offri l-​ktieb Għarfien jew il-​fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-​Bibbja? Diċembru: Offri l-​ktieb L-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Inkella, offri xi ktieb ieħor bħall-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja, jew Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art jekk il-​kongregazzjoni għandha maħżunin.

◼ L-​uffiċċju lokali ma jfornix letteratura għal pubblikaturi individwali li jitolbuha. L-​indokratur li jippresiedi għandu jirranġa li jsir avviż kull xahar qabel ma l-​kongregazzjoni tibgħat l-​ordni tal-​letteratura taʼ kull xahar sabiex dawk kollha li huma interessati li jiksbu letteratura persunali jkunu jistgħu javżaw lill-​ħu li jieħu ħsieb il-​letteratura. Jekk jogħġobkom, żommu f’moħħkom liema pubblikazzjonijiet huma letteratura li tinkiseb b’rikjesta speċjali.

◼ L-​anzjani huma mfakkrin biex isegwu l-​istruzzjonijiet mogħtijin f’paġni 13-15 tat-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Lulju, 1991, rigward xi wħud maqtugħin mis-​sħubija jew diżassoċjati li forsi għandhom ix-​xewqa li jiġu aċċettati lura.

◼ It-​taħdita pubblika speċjali għall-​istaġun tat-​Tifkira 2006 se tingħata l-​Ħadd, 30 t’April. Is-​suġġett tat-​taħdita se jitħabbar iktar ’il quddiem. Dawk il-​kongregazzjonijiet li jkollhom iż-​żjara taʼ l-​indokratur tas-​circuit jew xi assemblea fi tmiem dik il-​ġimgħa se jkollhom it-​taħdita speċjali l-​ġimgħa taʼ wara. Ebda kongregazzjoni m’għandu jkollha t-​taħdita speċjali qabel il-​Ħadd, 30 t’April, 2006.

◼ Ladarba Ottubru fih ħames Sibtijiet u Ħdud, ikun xahar eċċellenti biex taqdi bħala pijunier awżiljarju.

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw il-​volumi llegati taʼ The Watchtower u Awake! għall-​2005 u l-​Watchtower Library​—2005 Edition fuq CD-ROM maʼ l-​ordni tal-​letteratura li jmiss. Il-​lista tal-​lingwi li bihom se jkunu disponibbli dawn il-​pubblikazzjonijiet se tidher fl-​“Avviż lill-​Kongregazzjonijiet Kollha” li jintbagħat kull xahar. Jekk jogħġobkom innotaw li l-​Watchtower Library​—2005 Edition hija provvediment għall-​membri mgħammdin tal-​kongregazzjoni u ssir disponibbli biss permezz tal-​kongregazzjoni.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja