Avviżi
◼ Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Ktieb għan-Nies Kollha, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, u X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja?—Kif Tistaʼ Ssibu? Settembru: Għandu jsir sforz speċjali biex jiġu offruti dawn il-pubblikazzjonijiet li ġejjin: Tgħix Għal Dejjem u Hena Fil-Familja jew xi pubblikazzjoni inqas reċenti li l-kongregazzjoni għandha maħżuna. Ottubru: Offri kopji individwali kemm tat-Torri taʼ l-Għassa u kemm taʼ Stenbaħ! Meta jintwera interess, jekk jogħġbok ippreżenta l-browxer X’Jirrikjedi. Novembru: Offri l-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Jekk l-inkwilini jindikaw li m’għandhomx tfal, offri l-ktieb Għarfien jew il-fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-Bibbja?
◼ Peress li Ottubru għandu ħames Sibtijiet u Ħdud, ikun xahar eċċellenti biex wieħed jaqdi bħala pijunier awżiljarju.
◼ Paġna 5 taʼ din il-ħarġa tal-Ministeru tas-Saltna għandha tinżamm biex tintuża f’konnessjoni mal-programm taʼ l-assemblea tas-circuit għas-sena taʼ servizz 2006.
◼ L-indokratur li jippresiedi, jew xi ħadd inkarigat minnu, għandu jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Settembru jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Jekk hemm xi kont bankarju ieħor, bħal per eżempju tal-manutenzjoni jew tal-kostruzzjoni, għandhom isiru arranġamenti sabiex jiġi awditjat dan il-kont. Meta dan ikun sar, għandu jsir avviż lill-kongregazzjoni mar-rapport tal-kontijiet li jmiss.
◼ L-inventarju annwali tal-letteratura u r-rivisti kollha disponibbli għandu jsir fil-31 t’Awissu, 2005, jew kemm jistaʼ jkun qrib din id-data. Dan l-inventarju huwa simili għal dak li jagħmel il-koordinatur tal-letteratura meta kull xahar jgħodd kollox, u t-totali jridu jitniżżlu fil-formola tal-Literature Inventory (S-18). L-ammont totali taʼ rivisti disponibbli jistaʼ jinkiseb mill-ħu (aħwa) inkarigat mir-rivisti. Is-segretarju tal-kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-koordinazzjoni għandu jiċċekkja l-inventarju. Hu u l-indokratur li jippresiedi tal-kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-koordinazzjoni mbagħad jiffirmaw il-formola. Kull kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-koordinazzjoni se tirċievi tliet formoli tal-Literature Inventory (S-18). Jekk jogħġobkom ibagħtu l-oriġinali bil-posta lill-uffiċċju lokali f’Malta mhux iktar tard mis-6 taʼ Settembru. Żommu kopja għall-files tagħkom. It-tielet kopja tistaʼ tintuża bħala karta biex taħdmu fuqha.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw it-2006 Calendar of Jehovah’s Witnesses, Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2006, u t-2006 Yearbook of Jehovah’s Witnesses maʼ l-ordni tagħhom tal-letteratura li jmiss. Lista tal-lingwi kollha li bihom se jkunu disponibbli dawn il-pubblikazzjonijiet se tidher fl-“Avviż lill-Kongregazzjonijiet Kollha,” li jintbagħat lill-kongregazzjonijiet kollha kull xahar.