LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/05 p. 1
  • Il-Jum taʼ Ġeħova Jinsab fil-Qrib

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Jum taʼ Ġeħova Jinsab fil-Qrib
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Materjal Simili
  • Is-​Saltna t’Alla Qed Tmexxi!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • “Ibqgħu Għassa”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Tgħallem mill-Profeziji tal-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Il-​Qawma u l-​Waqgħa taʼ Statwa Immensa
    Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel!
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 5/05 p. 1

Il-​Jum taʼ Ġeħova Jinsab fil-​Qrib

1 Il-​Kristjani jixxennqu għall-​jum li ġej taʼ Ġeħova, li permezz tiegħu se tinqered din is-​sistema preżenti u se jwassal għal dinja ġdida mimlija ġustizzja. (2 Pt. 3:​12, 13) Ladarba ma nafux eżatt meta se jiġi dak il-​jum, irridu nibqgħu għassa u ngħinu lil oħrajn jagħmlu l-​istess. (Eżek. 33:​7-9; Mt. 24:​42-44) Jekk nimmeditaw fuq il-​Kelma profetika t’Alla se nsaħħu l-​konvinzjoni tagħna li “l-​Jum il-​kbir tal-​Mulej fil-​qrib!”​—Sof. 1:14.

2 Il-​Ħakmiet tal-​Qawwiet Dinjin: Bħalma hemm imniżżel f’​Rivelazzjoni 17:​9-11, l-​appostlu Ġwanni jsemmi “sebaʼ slaten,” li jirrappreżentaw is-​sebaʼ qawwiet dinjin li ħakmu wara xulxin. Ġwanni jirreferi wkoll għat-​“tmien wieħed,” li jirrappreżenta l-​Ġnus Magħquda. Għandna nistennew li naraw iktar qawwiet dinjin fix-​xena dinjija? Le, għax il-​profezija tgħid li t-​tmien sultan ‘sejjer għall-​qerda,’ u wara dan ma jissemma ebda sultan li se jaħkem fuq l-​art. Ma tgħinikx din il-​profezija tara fejn aħna fil-​medda taż-​żminijiet?

3 Danjel 2:​31-45 jgħinna nifhmu l-​jum li riesaq taʼ Ġeħova. F’dik il-​profezija, l-​istatwa kbira li Nabukodonosor ra fil-​ħolma tiegħu tirrappreżenta l-​qawwiet dinjin li ħakmu wara xulxin. Dawn il-​qawwiet kollha diġà dehru. Illum il-​ġurnata aħna fejn ninsabu fl-​istorja? Ninsabu fil-​perijodu li hu ssimbolizzat mis-​saqajn taʼ l-​istatwa. Il-​profezija tiddeskrivi b’mod ħaj dak li se jiġri dalwaqt. Il-​ħakma umana se tinqered għalkollox u se tagħmel il-​wisaʼ għal “saltna li ma tinqered qatt.” Tistaʼ tinnota kif dan juri li l-​jum taʼ Ġeħova hu fil-​qrib?

4 Iktar Evidenza: Aħna qed naraw iktar evidenza li l-​jum taʼ Ġeħova hu fil-​qrib. Qed naraw it-​twettiq taʼ dak li l-​appostlu Pawlu bassar dwar il-​karatteristiċi tan-​nies “fl-​aħħar jiem.” (2 Tim. 3:​1-5) U aħna qed nieħdu sehem f’xiehda globali li trid tingħata qabel jiġi t-​tmiem. (Mt. 24:14) Jalla l-​ministeru pubbliku tagħna jkompli jirrifletti l-​urġenza taʼ l-​aħbar taʼ l-​anġlu: “Ibżgħu minn Alla u agħtuh glorja, għax waslet is-​siegħa biex jagħmel il-​ġudizzju.”—Riv. 14:​6, 7.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja