Noffru l-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Il-preżentazzjonijiet li ġejjin jistgħu jintużaw biex noffru l-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja matul ix-xahar taʼ Diċembru.
◼ “Taħseb li d-dinja qatt se tkun post fejn nistgħu ngħixu ferħanin u fil-paċi? [Agħti ċans għal tweġiba u fittex storja 71 u oħroġ xi punti minn Isaija 11:6-9 jew Apokalissi 21:3, 4.] F’dan il-ktieb insibu ħafna lezzjonijiet mill-aqwa ktieb, il-Bibbja.”
◼ “Issibha diffiċli biex tispjega l-Bibbja lil uliedek? [Agħti ċans għal tweġiba.] Dan il-ktieb jistaʼ jgħinek. Ħalli nurik kif jistaʼ jgħinek tispjega t-tifsira tat-talba tal-Missierna.” Irrivedi l-punti prinċipali minn storja 91.
◼ Is-suġġeriment li jmiss jistaʼ jintuża mit-tfal meta joffru l-ktieb lill-istudenti sħabhom jew lill-għalliema. “X’se tagħmel matul il-vaganzi? [Agħti ċans għal tweġiba.] Għandi ktieb li sibtu verament interessanti.” Uri u offri l-ktieb, imbagħad issuġġerixxi jekk jixtieqx jaqrah matul il-vaganzi.