Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fit-30 t’Awissu, 2004. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tal-5 taʼ Lulju sat-30 t’Awissu, 2004. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi għall-mistoqsija, trid tagħmel riċerka biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Kif tistaʼ tenfasizza t-tema tat-taħdita tiegħek? [ht pġ. 38 par. 4]
2. Kif tistaʼ tinkludi t-tema spiss fit-taħdita tiegħek mingħajr ma tinstemaʼ monotonu? [ht pġ. 39 par. 8]
3. X’hemm f’taħdita li jagħmel lil punt ikun essenzjali? [ht pġ. 40 par. 12]
4. X’jistaʼ jgħinek tevita li taqaʼ fin-nassa komuni taʼ li tipprova tenfasizza wisq punti? [ht pġ. 41 par. 15]
5. Kif jistaʼ kelliem iżomm kuntatt viżwali tajjeb meta jagħti taħdita? [ht pġ. 43 par. 3]
INKARIGU NRU. 1
6. Liema rraġunar Skritturali għandu jeffettwa kif jaħsibha Kristjan dwar il-fatt li jilbes bnadar nazzjonali jew jurihom fuq il-proprjetà tiegħu? [w02 9/15 pġ. 25 par. 4]
7. Xi jfisser li ‘nirbħu ż-żmien,’ u kif nistgħu nagħmlu dan? (Efes. 5:16) [w02 11/15 pġ. 23]
8. L-Iskrittura kif tagħmilha ċara li l-bnedmin kollha huma ugwali quddiem Alla, u dan kif għandu jeffettwa l-ministeru tagħna? [w02 1/1 pġi. 5, 7]
9. Xi jfisser l-isem uniku tal-Ħallieq, Jehovah? [w02 1/15 pġ. 5]
10. Is-sagrifiċċju taʼ Abel għala kien “aħjar” minn taʼ Kajjin, u liema tagħlima nistgħu nieħdu minn dan rigward is-“sagrifiċċju taʼ tifħir” tagħna? (Lhud 11:4; 13:15) [w02 1/15 pġ. 21 pari. 6-8]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Levitiku 18:3 kif jistaʼ jgħinna nevitaw li niksbu mod mgħawweġ taʼ kif niddeċiedu x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin? (Efes. 4:17-19) [w02 2/1 pġ. 29]
12. X’kien rappreżentat b’mod profetiku miż-“żewġ ħobżiet” li kien jippreżenta l-qassis il-kbir bħala offerta tat-“tixjir” matul il-Festa tal-Ġimgħat (Pentekoste)? (Lev. 23:15-17) [w98 3/1 pġ. 13 par. 21]
13. Fil-każ t’adulterju bħal dak imsemmi f’Numri kapitlu 5, f’liema sens ‘taqaʼ l-koxxa’ taʼ mara ħatja? (Num. 5:27) [w04 8/1 pġ. 24 par. 6; w84-E 4/15 pġ. 29]
14. Mirjam u Aron għala gergru kontra Mosè minħabba l-mara tiegħu minn Kus? (Num. 12:1)
15. X’kien “Ktieb il-Gwerer tal-Mulej”? (Num. 21:14)