Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fit-28 taʼ Ġunju, 2004. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tat-3 taʼ Mejju sat-28 taʼ Ġunju, 2004. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi għall-mistoqsija, trid tagħmel riċerka biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. X’inhu eżempju wieħed li juri kif mistoqsija b’għażla multipla tistaʼ tintuża b’mod effettiv? [ht pġ. 28 par. 14]
2. Agħti eżempju li juri kif nistgħu niġbdu l-attenzjoni lejn ir-raġuni għala nkunu qed inwieġbu permezz taʼ vers partikulari mill-Bibbja. [ht pġ. 29 par. 21]
3. B’mod ġenerali, xi rridu nagħmlu biex inkunu ċerti li l-iskritturi jiġu applikati b’mod ċar? [ht pġ. 32 par. 15]
4. Liema benefiċċji jiġu meta tiżola l-kliem li jrid japplika għas-suġġett int u taqra jew tfisser vers mill-Bibbja? [ht pġ. 33 par. 18]
5. Meta nkunu qed ngħallmu, kif nistgħu nkunu nafu jekk hux qed niġu mifhumin? [ht pġ. 36, par. 13]
INKARIGU NRU. 1
6. Għalkemm irridu nissieltu kontra forzi b’saħħithom ferm, liema alleati għandna? [w02 6/1 pġ. 12 par. 5]
7. Liema vers mill-Bibbja nistgħu nużaw biex nuru lil xi ħadd li Alla stabbilixxa żmien meta se jaġixxi biex jerġaʼ jġib kulma hu fis-sema u fl-art fi qbil mar-rieda tiegħu? [w02 6/15 pġ. 4 par. 3]
8. X’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju taʼ Mosè? [w02 6/15 pġ. 11 par. 3]
9. Kif nistgħu nimitaw l-eżempju mill-aħjar tal-Kristjani taʼ l-ewwel seklu li ma kinux iqisu d-divertiment vjolenti bħala aċċettabbli? [w02 6/15 pġ. 29 par. 4]
10. Meta nkunu qed ngħallmu lil xi ħadd dak li tgħid il-Bibbja dwar “nifs il-ħajja [“il-forza tal-ħajja,” NW]” li hu attiv fil-ħlejjaq kollha taʼ l-art, liema tixbiha nistgħu nużaw? (Ġen. 6:17; 7:22) [w02 7/15 pġ. 5 par. 3]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Mosè għala kellu jimxi eżatt skond “il-mudell tat-tinda u l-għamara tagħha”? (Eżo. 25:9) [it-2 pġ. 1058 par. 7]
12. X’nistgħu nitgħallmu mill-mod kif Aron wieġeb lil Mosè meta seħħ il-każ taʼ l-għoġol tad-deheb? (Eżo. 32:24)
13. X’nistgħu nitgħallmu mill-fidi li wrew l-Iżraelin biex jobdu l-kmand taʼ Jehovah f’Eżodu 34:23, 24?
14. X’kien l-iskop tas-sagrifiċċju tas-sliem? (Lev. 3:1)
15. Il-proċedura tal-ħatra f’konnessjoni m’Aron, kif imniżżla f’Levitiku 8:23, kif tapplika b’mod antitipiku għal Ġesù? [it-2 pġ. 1113 par. 4; w68-E pġ. 399 par. 24]