X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Lul.
“Taħseb li l-ħżiena huma kastigati fl-infern? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-Bibbja turina biċ-ċar x’inhu l-kastig tad-dnub. [Aqra Rumani 6:23a.] Allura, huwa l-infern post taʼ turment bin-nar? Huwa biss stat taʼ firda minn Alla? Din ir-rivista tagħti tweġibiet Skritturali għal dawn il-mistoqsijiet.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 t’Awis.
“Ħafna nies jaħsbu li l-ideat u d-drawwiet superstizzjużi huma biss xi ħaġa taʼ gost li ma tagħmilx ħsara. [Uri suġġett jew tnejn mill-kaxxa f’paġna 5.] Qatt ħsibt x’hemm wara ideat bħal dawn? [Wara t-tweġiba, aqra t-2 Korintin 11:14.] Din ir-rivista tagħti l-ħarsa tal-Bibbja dwar is-superstizzjonijiet.”
Stenbaħ 8 t’Awis.
“Ħafna nies iħarsu lejn il-logħob tal-flus bħala passatemp soċjali li huwa aċċettat. Oħrajn iħossu li dan jagħmel ħsara lill-familji u lis-soċjetà in ġenerali. Din il-ħarġa taʼ Stenbaħ! tanalizza l-logħob tal-flus skond riċerka li ġiet pubblikata dan l-aħħar. Jaf jinteressak ukoll li taqra kif il-prinċipji tal-Bibbja jirreferu għal dan is-suġġett.” Bħala eżempju, aqra l-1 Timotju 6:10.