LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/02 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 4/02 p. 7

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal April u Mejju: Ir-​rivisti It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Fejn jinstab l-​interess fiż-​żjajjar lura, inkludi lill-​persuna f’rotta bir-​rivisti. Offri l-​browxer X’Jirrikjedi, bil-​mira li tibda studji tal-​Bibbja. Ġunju: Alla X’Jirrikjedi Minna? jew Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Jekk l-​inkwilini jkollhom dawn il-​pubblikazzjonijiet, offri browxer addattat li l-​kongregazzjoni għandha maħżun. Lulju: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-​Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-​Affarijiet Kollha Ġodda,” Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna meta Mmutu? Il-​browxers Ktieb għan-​Nies Kollha, Our Problems​—Who Will Help Us Solve Them?, Spirits of the Dead​—Can They Help You or Harm You? Do They Really Exist?, u Will There Ever Be a World Without War? jistgħu jiġu offruti fejn ikun xieraq.

◼ B’seħħ minn April, il-​badges tal-​konvenzjoni distrettwali għall-​2002 bl-​Ingliż u bil-​Malti se jkunu awtomatikament inklużi mal-​letteratura li tasal bil-​baħar. Mhux se jkun hemm bżonn li dawn jiġu ordnati. Il-​badges se jintbagħtu f’pakketti taʼ 25, skond in-​numru taʼ pubblikaturi f’kull kongregazzjoni. Jekk il-​kongregazzjonijiet ikollhom bżonn iktar badges, dawn għandhom jiġu ordnati fuq il-​Literature Request Form (S-14). Il-​plastik fejn jinżammu l-​badges għandu jiġi ordnat għal dawk kollha fil-​kongregazzjoni li jixtiquh.

◼ Huwa neċessarju għas-​Soċjetà li żżomm dokumentazzjoni aġġornata taʼ l-​indirizzi u n-​numri tat-​telefon taʼ l-​indokraturi li jippresiedu u s-​segretarji kollha. Jekk ikun hemm xi bidla fi kwalunkwe żmien, il-​Kumitat tas-​Servizz tal-​Kongregazzjoni għandu jimla u jibgħat il-​formola Presiding Overseer/Secretary Change of Address (S-29) lis-​Soċjetà mill-​ewwel. Dan jinkludi kwalunkwe bidla fil-​kodiċi postali. L-​indirizz tas-​Soċjetà hu: International Bible Students Association, IBSA House, Triq il-​Waqqafa, il-​Mosta, MST 12.

◼ Is-​segretarji tal-​kongregazzjoni għandhom iżommu provvista adegwata tal-​formoli Application for Regular Pioneer Service (S-205) u Application for Auxiliary Pioneer Service (S-205b). Dawn jistgħu jiġu ordnati fuq il-​Literature Request Form (S-14). Minn taʼ l-​inqas żommu provvista għal sena. Irrevedu l-​formoli kollha taʼ l-​applikazzjoni għal pijunier regulari biex tkunu ċerti li huma kompluti. Jekk dawk li japplikaw ma jkunux jistgħu jiftakru d-​data eżatta tal-​magħmudija tagħhom, għandhom jikkalkulaw id-​data bejn wieħed u ieħor u jżommu nota tagħha.

◼ Kulmeta l-​pjanijiet biex tivvjaġġa jinkludu li tattendi l-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, xi assemblea, jew xi konvenzjoni distrettwali f’pajjiż ieħor, ir-​rikjesta tiegħek għall-​informazzjoni fuq id-​dati, il-​ħinijiet, u l-​postijiet fejn dawn isiru, trid tkun diretta lill-​uffiċċju tal-​fergħa li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’dak il-​pajjiż. L-​indirizzi taʼ l-​uffiċċji tal-​fergħa jinsabu mniżżlin fl-​aħħar paġna tal-​Yearbook kurrenti.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja