Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Novembru: Alla X’Jirrikjedi Minna? jew Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Jekk in-nies diġà għandhom minnhom, jistaʼ jintuża l-ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq l-Art jew Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja. Diċembru: L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex. Biex tbiddel tistaʼ tuża bħala offerta Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art jew Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja. Jannar: Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja jew Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art. Frar: Kwalunkwe ktieb ieħor li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżun.
◼ L-indokratur li jippresiedi jew xi ħadd maħtur minnu għandu jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Diċembru jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Meta dan ikun sar, agħmel avviż lill-kongregazzjoni wara li jkun inqara r-rapport tal-kontijiet li jmiss.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw il-ktieb 2002 Yearbook of Jehovah’s Witnesses maʼ l-ordni tagħhom tal-letteratura għal Novembru. Il-Yearbook se jkun disponibbli bl-Albaniż, bis-Cebuano, biċ-Ċek, biċ-Ċiniż, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġappuniż, bil-Ġermaniż, bl-Għarbi, bil-Grieg, bl-Ilokan, bl-Indoneżjan, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Korean, bil-Kroat, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bir-Russu, bis-Serbjan, bis-Slovakk, bit-Tagalog, bit-Taljan, u bl-Ungeriż. Sakemm ikun disponibbli l-Yearbook u jsiru l-konsenji, dan se jidher bħala “Pending” fuq il-listi taʼ l-ippakkjar tal-kongregazzjonijiet. Il-Yearbooks huma kotba li jinkisbu b’ordni speċjali.
◼ La l-uffiċċju taʼ l-IBSA f’Malta u lanqas l-uffiċċju tal-fergħa fil-Britannja ma jaqdu r-rikjesti taʼ pubblikaturi individwali għal-letteratura. L-indokratur li jippresiedi jrid jiftiehem biex isir avviż kull xahar qabel ma tintbagħat lis-soċjetà r-rikjesta taʼ kull xahar tal-kongregazzjoni għal-letteratura, sabiex dawk kollha li huma interessati f’li jiksbu xi letteratura persunali jkunu jistgħu jinformaw lill-ħu inkarigat mil-letteratura. Jekk jogħġobkom żommu f’moħħkom liema pubblikazzjonijiet huma letteratura li tinkiseb b’rikjesta speċjali.