Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-Bibbja fid-djar. April u Mejju: Ir-rivisti It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Fejn jinstab l-interess fiż-żjajjar lura, offri l-ktieb Għarfien jew il-browxer X’Jirrikjedi, bil-mira li tibda studji tal-Bibbja fid-djar. Ġunju: Alla X’Jirrikjedi Minna? jew Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Ikkonċentra fuq li tibda studji tal-Bibbja fid-djar.
◼ Pubblikaturi li jixtiequ jaqdu bħala pijunieri awżiljarji f’April għandhom jagħmlu l-pjanijiet tagħhom issa u jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom kmieni. Dan se jgħin lill-anzjani biex jagħmlu l-arranġamenti tas-servizz taʼ l-għalqa li huma meħtieġa u jaraw li jkollhom biżżejjed rivisti u letteratura oħra disponibbli. L-ismijiet taʼ dawk kollha li jiġu approvati bħala pijunieri awżiljarji għandhom jitħabbru fil-kongregazzjoni.
◼ Il-Mafkar se jinżamm il-Ħadd, 8 t’April, 2001. Mhux se jsiru laqgħat dak in-nhar ħlief dawk tas-servizz taʼ l-għalqa. L-anzjani jistgħu jagħmlu arranġamenti xierqa biex l-istudju tat-Torri taʼ l-Għassa jsir f’xi ħin ieħor.
◼ Is-Soċjetà ma taqdix ir-rikjesti taʼ pubblikaturi individwali għal-letteratura. L-indokratur li jippresiedi jrid jiftiehem biex isir avviż kull xahar qabel ma tintbagħat lis-Soċjetà r-rikjesta taʼ kull xahar tal-kongregazzjoni għal-letteratura, sabiex dawk kollha li huma interessati f’li jiksbu xi letteratura persunali jkunu jistgħu jinformaw lill-ħu inkarigat mil-letteratura. Jekk jogħġobkom żommu f’moħħkom liema pubblikazzjonijiet huma letteratura li tinkiseb b’rikjesta speċjali.