Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Frar: Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja. Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-Bibbja fid-djar. April u Mejju: Ir-rivisti It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Fejn jinstab l-interess fiż-żjajjar lura, offri l-ktieb Għarfien jew il-browxer X’Jirrikjedi, bil-mira li tibda studji tal-Bibbja fid-djar.
◼ L-indokratur li jippresiedi jew xi ħadd maħtur minnu għandu jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Marzu jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Meta dan ikun sar, agħmel avviż lill-kongregazzjoni wara li jkun inqara r-rapport tal-kontijiet li jmiss.
◼ Is-segretarju u l-indokratur tas-servizz għandhom jirrevedu l-attività tal-pijunieri regulari kollha. Jekk xi ħadd minnhom qed isib diffikultà biex jilħaq il-ħtieġa tas-sigħat, l-anzjani għandhom jiftehmu biex jagħtuhom l-għajnuna. Għal suġġerimenti, irrevedu l-ittri annwali tas-Soċjetà S-201. Araw ukoll paragrafi 12-20 taʼ l-insert taʼ l-Our Kingdom Ministry t’Awissu 1986.