Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Ottubru: Ir-rivisti It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Billi nibdew mis-16 t’Ottubru, se nqassmu l-Aħbar tas-Saltna Nru. 36. Novembru: Ikompli t-tqassim taʼ l-Aħbar tas-Saltna Nru. 36. Il-kongregazzjonijiet li jlestu t-territorju tagħhom billi jilħqu lill-inkwilini f’kull dar u abitazzjoni b’kopja taʼ l-Aħbar tas-Saltna Nru. 36 jistgħu joffru l-browxer X’Jirrikjedi jew il-ktieb Għarfien. Jekk in-nies diġà għandhom minnhom, jistaʼ jintuża l-ktieb Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem jew il-ktieb Il-Verità. Diċembru: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem flimkien man-New World Translation. Jannar: Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja.
◼ L-insert f’din il-ħarġa taʼ Il-Ministeru tas-Saltna intitolat “Skeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2001” għandu jinżamm bħala referenza għal matul l-2001.
◼ Jekk il-ħinijiet tal-laqgħat għall-kongregazzjoni tagħkom se jinbidlu mill-1 taʼ Jannar, is-segretarju tal-kongregazzjoni għandu javża lis-Soċjetà dwar it-tibdil billi jimla l-formola Congregation Meeting Information and Handbill Request (S-5). Jekk ikun hemm bżonn, tistaʼ tiġi ordnata provvista ġdida taʼ volantini fuq l-istess formola. Il-volantini għandhom jiġu ordnati għallinqas tmien ġimgħat qabel ma tkunu tixtiequ tirċivuhom.
◼ B’seħħ mill-ġimgħa li tibda 5 taʼ Frar, 2001, se nikkunsidraw il-ktieb Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja fl-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni. Il-kongregazzjonijiet li għandhom bżonn provvista taʼ dawn il-kotba għandhom jordnawhom mar-rikjesta li jmiss taʼ kull xahar għal-letteratura.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw in-Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2001 flimkien maʼ l-ordni tagħhom tal-letteratura għal Ottubru. Din il-pubblikazzjoni se tkun disponibbli bl-Albaniż, bil-Bulgaru, biċ-Ċek, biċ-Ċiniż, biċ-Ċiniż (Simplifikat), bid-Daniż, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Għarbi, bl-Ilokon, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Kroat, bil-Malti, bl-Olandiż, bir-Russu, bit-Tagalog, bit-Taljan, bl-Ukranjan, u bl-Ungeriż. Sakemm din il-pubblikazzjoni tkun disponibbli u tintbagħat bil-baħar, se tkun tidher bħala “Pending” fuq il-listi taʼ l-ippakkjar tal-kongregazzjoni. Il-ktejjeb Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum irid jinkiseb b’ordni speċjali.