Avviżi
◼ Offerta tal-letteratura għal Diċembru: New World Translation flimkien mal-ktieb L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex. Jannar: Magħqudin Fil-Qima. Frar: Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art. Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Ikkonċentra fuq li tibda studji tal-Bibbja.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw il-volumi llegati taʼ The Watchtower u Awake! għall-1997 mat-talba tagħhom tal-letteratura għal Diċembru. Il-volumi llegati se jkunu disponibbli biċ-Ċiniż, bil-Franċiż, bil-Ġappuniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Portugiż, u bit-Taljan. Sakemm il-volumi llegati jsiru disponibbli u jsiru l-konsenji, dawn se jidhru bħala “Back Ordered” fil-listi taʼ l-ippakkjar tal-kongregazzjoni. Il-volumi llegati huma oġġetti li jinkisbu b’ordni speċjali.
◼ L-indokratur li jippresiedi jew xi ħadd maħtur minnu għandu jeżamina l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-ewwel taʼ Diċembru jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Avża lill-kongregazzjoni meta dan ikun sar.
◼ Il-Mafkar għall-1999 se jkun nhar il-Ħamis, l-ewwel t’April, wara nżul ix-xemx. Dan l-avviż bil-quddiem qiegħed jingħata sabiex l-aħwa jkunu jistgħu jibbukkjaw u jagħmlu kuntratti għal swali disponibbli għal meta jkun hemm bosta kongregazzjonijiet li jużaw is-Sala tas-Saltna u jkunu jridu jinstabu faċilitajiet oħrajn. L-anzjani għandu jkollhom ftehim maʼ dawk li jieħdu ħsieb il-faċilità biex jiżguraw li ma jkun hemm ebda tfixkil minn attivitajiet oħrajn fil-bini sabiex l-osservanza tal-Mafkar tkun tistaʼ ssir b’manjiera paċifika u kif jixraq. Minħabba l-importanza taʼ l-okkażjoni, f’li jaħtru kelliemi għall-Mafkar, il-ġemgħa taʼ l-anzjani għandhom jagħżlu wieħed mill-iktar anzjani kkwalifikati minflok ma jagħżlu lil min imissu jew jużaw lill-istess ħu kull sena.
◼ Ninsabu ċerti li ħadtu pjaċir bl-aħbar li l-indokratur taż-żona, Ħuna D. Guest, ġie maħtur biex iżur lil Malta matul tmiem il-ġimgħa tas-16-18 taʼ Jannar, 1998. Dan se jipprovdi opportunità eċċellenti biex jiġu ddedikati s-Sala tas-Saltna l-ġdida, l-uffiċċju tat-Traduzzjoni u d-dar missjunarja fil-Mosta. Se jitħabbru arranġamenti speċjali għal tmiem il-ġimgħa hekk kif jiġu ffinalizzati.