Avviżi
◼ Offerta tal-letteratura għal Ġunju: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Ikkonċentra fuq li tibda studji tal-Bibbja fid-djar. Lulju u Awissu: Kwalunkwe wieħed mill-brochures li ġejjin taʼ 32 paġna: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru Li Alla Jimpurtah Minna?, u X’Inhu L-Iskop Tal-Ħajja?—Kif Tistaʼ Ssibu? Settembru: Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja.
◼ L-indokratur li jippresiedi jew xi ħadd maħtur minnu għandu jagħmel rendikont tal-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Ġunju jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Għandu jsir avviż lill-kongregazzjoni meta dan ikun seħħ.