Avviżi
◼ L-offerta tal-letteratura għal Ottubru: Kopji individwali kemm taʼ It-Torri Taʼ L-Għassa bil-Malti u bl-Ingliż u kemm taʼ l-Awake! Novembru: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex immorru lura kulfejn inkunu ħallejna l-ktieb, bil-ħsieb li nibdew studji tal-Bibbja fid-dar. Diċembru: In-New World Translation flimkien mal-ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art. Jannar: Il-Ktieb Tiegħi Taʼ Stejjer Mill-Bibbja.
◼ L-insert f’din il-ħarġa taʼ Il-Ministeru Tas-Saltna hija “L-Iskeda Taʼ L-Iskola Tal-Ministeru Teokratiku Għall-1997” u għandha tinżamm bħala referenza matul l-1997.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jitolbu Neżaminaw L-Iskrittura Kuljum—1997 mat-talba tagħhom għal-letteratura f’Ottubru. Il-libretti se jkunu disponibbli bl-Amħarik, bil-Bengali, biċ-Ċiniż, biċ-Ċiniż (Simplifikat), bil-Franċiż, bil-Ġappuniż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bil-Guġarati, bil-Għarbi, bil-Ħindi, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Lingaliż, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bil-Punġabi, bir-Russu, bit-Taljan, bit-Tamil, bit-Tork, u bl-Urdu. Sakemm dawn il-libretti jsiru disponibbli u jintbagħtu l-kunsinni, se jidhru bħala “Pending” fuq il-listi taʼ l-ippakkjar tal-kongregazzjoni. Il-libretti Neżaminaw L-Iskrittura huma oġġetti li jinkisbu b’ordni speċjali.