LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w09 5/15 p. 18
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Materjal Simili
  • Oqgħod għassa—Satana jrid jibilgħek!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Kun af lill-għadu tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Satana
    Stenbaħ!—2013
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
w09 5/15 p. 18

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Satana meta tkeċċa mis-​sema?—Riv. 12:1-9.

Għalkemm il-​ktieb Bibliku tar-​Rivelazzjoni ma jagħtix iż-​żmien preċiż tat-​tkeċċija taʼ Satana, fih tissemma serje taʼ ġrajjiet li jistgħu jgħinuna nikkalkulaw meta tkeċċa mis-​sema. L-​ewwel fost il-​ġrajjiet hemm it-​twelid tas-​Saltna Messjanika. Wara dan, “faqqgħet gwerra fis-​sema,” li wasslet biex Satana jitlef u fl-​aħħarnett jitkeċċa mis-​sema.

L-Iskrittura timmarka b’mod ċar l-​1914 bħala s-​sena meta ntemmu “ż-​żminijiet stabbiliti tal-​ġnus” u ġiet stabbilita s-​Saltna.a (Lq. 21:24) Wara dan, kemm damet ma faqqgħet il-​gwerra fis-​sema, li rriżultat fit-​tkeċċija taʼ Satana?

“Id-​dragun [Satana] baqaʼ wieqaf quddiem il-​mara li kienet waslet biex tiled,” jistqarr Rivelazzjoni 12:4, “sabiex, malli tiled, jiblaʼ lit-​tarbija tagħha.” Dan juri li Satana ried jeħles malajr mis-​Saltna li kienet għadha kif twieldet, li kieku kien possibbli dak il-​ħin stess li twieldet. Għalkemm l-​intervent taʼ Ġeħova ma ħalliex lil Satana jwettaq l-​intenzjoni mill-​agħar tiegħu, Satana kien determinat u deċiż fl-​isforz tiegħu biex jagħmel ħsara lis-​Saltna li kienet għadha kif ġiet stabbilita. Għalhekk, jagħmel sens li “Mikiel u l-​anġli tiegħu” ma kinux se jaħlu ħin biex jaġixxu u jneħħu lid-​“dragun u l-​anġli tiegħu” mis-​sema sabiex is-​Saltna ma ssirilha ebda ħsara. Dan jissuġġerixxi li t-​telfa u t-​tkeċċija taʼ Satana seħħew ftit wara t-​twelid tas-​Saltna fl-​1914.

Fattur ieħor li rridu nikkunsidraw hu l-​irxoxt tal-​Kristjani midlukin, li—bħalma tindika l-​evidenza Skritturali—beda ftit wara li ġiet stabbilita s-​Saltna.b (Riv. 20:6) Ladarba ħadd mill-​aħwa midlukin taʼ Kristu ma jingħad li qed jakkumpanja lil Ġesù fil-​battalja mad-​dragun u l-​anġli tiegħu, il-​gwerra fis-​sema u t-​tkeċċija taʼ Satana u d-​demonji tiegħu kellhom ikunu lesti saż-​żmien meta beda l-​irxoxt taʼ ħut Kristu.

Għalhekk, mela, il-​Bibbja ma tirrivelax iż-​żmien eżatt meta Satana u d-​demonji tiegħu tkeċċew mis-​sema. Minkejja dan, huwa evidenti li din il-​ġrajja ġiet eżatt wara li Ġesù Kristu tqiegħed fuq it-​tron fis-​sema fl-​1914.

[Noti taʼ taħt]

a Ara paġni 215-218 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?

b Ara It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Jannar, 2007, paġni 27-28, paragrafi 9-13.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja