LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 6/15 pp. 16-17
  • Lest Int li Tiddefendi l-Fidi Tiegħek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lest Int li Tiddefendi l-Fidi Tiegħek?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Materjal Simili
  • Kif Nistaʼ Nkampa maʼ l-​Inġustizzja?
    Stenbaħ!—1999
  • Kif Nistaʼ Ningwalaha mat-Teacher
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • if Nistaʼ Ningwalaha mal-Għalliem Tiegħi?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Għalliema Tbiddel il-Ħarsa Tagħha
    Stenbaħ!—2009
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 6/15 pp. 16-17

Lest Int li Tiddefendi l-​Fidi Tiegħek?

QATT kont f’sitwazzjoni fejn ħassejt li kellek tiddefendi l-​fidi tiegħek? Ikkunsidra xi ġralha Susana, oħt taʼ 16-il sena fil-​Paragwaj. Matul waħda mil-​lezzjonijiet li kellha fl-​iskola sekondarja, xi ħadd għamel kumment li x-​Xhieda taʼ Ġeħova la jaċċettaw it-​“Testment il-​Qadim,” la lil Ġesù Kristu, u lanqas lil Marija. Intqal ukoll li x-​Xhieda huma fanatiċi li jippreferu jmutu milli jaċċettaw il-​kura medika. Kieku int kif kont tirreaġixxi?

Susana talbet lil Ġeħova u għolliet idha. Il-​lezzjoni kienet waslet biex tispiċċa, u għalhekk hi talbet permess lill-​għalliema tagħha biex tkun tistaʼ tagħmel preżentazzjoni dwar it-​twemmin tagħha bħala waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. L-​għalliema mill-​ewwel aċċettat. Fil-​ġimagħtejn taʼ wara Susana ppreparat il-​preżentazzjoni tagħha, billi użat il-​browxer Ix-​Xhieda taʼ Jehovah—Min Huma? X’Jemmnu?

Wasal il-​jum tal-​preżentazzjoni. Susana spjegat minfejn oriġina l-​isem Xhieda taʼ Ġeħova. Hi spjegat ukoll it-​tama tagħna għall-​futur u għala aħna ma naċċettawx trasfużjonijiet tad-​demm. Imbagħad stiednet lill-​istudenti tal-​klassi biex jistaqsu mistoqsijiet. Il-​biċċa l-​kbira mill-​istudenti għollew idejhom. L-​għalliema baqgħet impressjonata tismaʼ liż-​żagħżugħa twieġeb il-​mistoqsijiet mill-​Iskrittura.

Student wieħed ikkummenta, “Jien mort darba f’Sala tas-​Saltna, u lanqas statwa waħda ma kien hemm.” L-​għalliema riedet tkun taf għala. Susana qrat Salm 115:4-8 u Eżodu 20:4. Skantata, l-​għalliema qalet, “Kif jistaʼ jkun li l-​knejjes tagħna mimlijin bl-​istatwi meta l-​Bibbja tikkundannahom?”

Id-diskussjoni permezz taʼ mistoqsijiet u tweġibiet damet sejra 40 minuta. Meta Susana staqsiet lill-​istudenti tal-​klassi jekk ridux jaraw il-​vidjo No Blood—Medicine Meets the Challenge (Xejn Demm—Il-​Mediċina Tilqaʼ l-​Isfida), ilkoll wieġbu iva. Għalhekk, l-​għalliema rranġat għal lezzjoni oħra l-​għada. Wara l-​vidjo, Susana spjegat dwar tipi taʼ kura alternattiva li huma aċċettabbli għal xi wħud mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. L-​għalliema kkummentat hekk dwar dan: “Ma kontx naf li kien hemm daqshekk tipi taʼ kura alternattiva; lanqas ma kont naf bil-​benefiċċji tal-​kura mingħajr demm. Dawn it-​tipi taʼ kura huma biss għax-​Xhieda taʼ Ġeħova?” Meta semgħet li m’humiex, l-​għalliema qalet, “Meta jerġgħu jiġu jħabbtuli x-​Xhieda taʼ Ġeħova, jien se nitkellem magħhom.”

Id-diskussjoni taʼ 20 minuta li Susana kienet preparat fil-​bidu damet sejra tliet sigħat. Ġimgħa wara, studenti oħrajn għamlu preżentazzjoni fuq it-​twemmin tar-​reliġjon li kienu membri tagħha. Fil-​konklużjoni, tqajmu ħafna mistoqsijiet, imma l-​istudenti involuti ma setgħux jiddefendu l-​fidi tagħhom. L-​għalliema staqsiethom, “Għala m’għandkomx ħila tiddefendu l-​fidi tagħkom bħalma għamlet seħbitkom tal-​klassi li hi waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova?”

It-tweġiba kienet: “Huma tassew jistudjawha l-​Bibbja. Aħna le.”

L-għalliema daret lejn Susana u qaltilha: “Int tassew tistudjaha l-​Bibbja u tagħmel sforz biex tapplika dak li tgħid. Ħaqqek prosit.”

Susana setgħet ma tkellmet xejn. Imma billi għamlet il-​kuraġġ u tkellmet kienet qed timxi fuq l-​eżempju tat-​tfajla Iżraelija li ma tissemmiex b’isimha, u li kienet ittieħdet fil-​jasar mis-​Sirjani. Din it-​tfajla sabet ruħha fid-​dar taʼ Nagħman, ġeneral Sirjan li kellu marda moqżieża tal-​ġilda. It-​tfajla Iżraelija għamlet il-​kuraġġ u tkellmet, u qalet lil sidtha: “M’hux li kien sidi quddiem il-​profeta li hemm f’Samarija! Għax kien ineħħilu l-​ġdiem li għandu!” It-​tfajla ma setgħetx iżżomm lura milli tagħti xiehda dwar l-​Alla l-​veru. Dan wassal biex Nagħman, sidha, isir aduratur taʼ Ġeħova.—2 Slat. 5:3, 17.

Bl-istess mod, Susana ma setgħetx iżżomm lura milli tagħti xiehda dwar Ġeħova u n-​nies tiegħu. Minħabba li ħadet l-​inizjattiva biex tiddefendi l-​fidi tagħha meta t-​twemmin tagħha ġie sfidat, Susana kienet qed tobdi l-​kmand Skritturali: “Qaddsu lill-​Kristu bħala Mulej fi qlubkom, u kunu dejjem lesti li tiddefendu ruħkom quddiem kulmin ikun irid raġuni għat-​tama li għandkom, imma dan agħmluh bil-​ħlewwa u b’rispett profond.” (1 Pt. 3:15) Lest int li tiddefendi l-​fidi tiegħek u tieħu l-​inizjattiva meta jkun hemm bżonn li tagħmel dan?

[Stampa f’paġna 17]

Dawn l-​għodod jistgħu jgħinuk tiddefendi l-​fidi tiegħek

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja