LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 8/1 p. 32
  • Qiegħed Alla Josservak?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qiegħed Alla Josservak?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 8/1 p. 32

Qiegħed Alla Josservak?

GĦANDU Ġeħova, il-​Ħallieq tas-​Sengħa, l-​abbiltà li jara? Dażgur li għandu! Il-​Bibbja tgħid b’mod ċar: “Min sawwar l-​għajnejn ma jarax?” (Salm 94:9) Il-​mod kif jara Ġeħova huwa superjuri bil-​wisq iktar mill-​mod kif jara l-​bniedem. Hu mhux biss jara l-​apparenza taʼ barra, imma wkoll ‘il-​Mulej iġarrab qlub il-​bnedmin,’ u hu jistaʼ ‘jiżnilhom qlubhom.’ (Proverbji 17:​3; 21:2) Iva, hu għandu l-​abbiltà li jeżamina l-​ħsibijiet, il-​motivazzjonijiet, u x-​xewqat profondi tagħna.

Ġeħova huwa konxju tad-​diffikultajiet li nistgħu niltaqgħu magħhom fil-​ħajja, u hu jwieġeb għat-​talb ħerqan tagħna. Is-​salmista kiteb: “Għajnejn il-​Mulej lejn il-​ġusti, u widnejh miftuħa għall-​għajta tagħhom. Qrib il-​Mulej lejn dawk b’qalbhom maqsuma, jgħin lil dawk b’ruħhom mifnija.” (Salm 34:​16, 19 [34:​15, 18 NW]) Kemm hu taʼ faraġ li nkunu nafu li Ġeħova jifhem iċ-​ċirkustanzi tagħna u jwieġeb għas-​suppliki mill-​qalb li nagħmlu!

Alla Ġeħova huwa konxju taʼ dak kollu li jsir, anki fis-​sigriet. Iva, “m’hemm l-​ebda ħolqien li hu moħbi quddiemu, imma kollox hu għeri u mikxuf beraħ quddiem dak li rridu nagħtuh kont.” (Ebrej 4:​13) Mela kemm jekk l-​azzjonijiet tagħna huma tajbin jew ħżiena, kollha qed jiġu osservati minn Alla. (Proverbji 15:3) Per eżempju, Ġenesi 6:​8, 9 jgħid li “Noè sab ħniena quddiem il-​Mulej” u li hu “kien jimxi sewwa maʼ Alla.” Iva, Noè kiseb l-​approvazzjoni u l-​barka taʼ Ġeħova minħabba li hu kien ubbidjenti u żamm mal-​prinċipji ġusti t’Alla. (Ġenesi 6:​22) B’kuntrast, in-​nies taʼ żmien Noè kienu vjolenti u korrotti moralment. Alla m’għalaqx għajnejh għal dan. Hu “ra li l-​ħażen tal-​bnedmin kien kiber fuq l-​art; u f’qalbu ma kienx għajr li jfassal il-​ħażen il-​jum kollu.” Eventwalment, Ġeħova ġab qerda fuq dawk l-​uħud mill-​agħar, iżda hu ppreserva l-​ħajja taʼ Noè u l-​familja tiegħu.​—Ġenesi 6:5; 7:​23.

Sejjer Ġeħova jħares lejk b’approvazzjoni? Tabilħaqq, għajnejn Ġeħova “jiġru fuq l-​art kollha, [biex] isaħħaħ lil dawk li qalbhom marbuta fis-​sħiħ miegħu.” (2 Kronaki 16:9) Hu dalwaqt se jerġaʼ jneħħi lill-​ħżiena kollha mill-​art u jeħles lil dawk li huma ġwejdin f’qalbhom.​—Salm 37:​10, 11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja