LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 4/15 p. 31
  • Ibati minn Diżabilità Imma Ħerqan biex Jaqdi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ibati minn Diżabilità Imma Ħerqan biex Jaqdi
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Tistaʼ Tagħti mill-Ħin u l-Enerġija Tiegħek?
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
  • Il-Programm tal-Bini tas-Swali tas-Saltna Jimxi ’l Quddiem
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • “Kont qed nistieden il-mewt tiegħi”
    Il-Bibbja Tbiddel il-Ħajjiet
  • Xogħol taʼ bini li jonora lil Ġeħova
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 4/15 p. 31

Ibati minn Diżabilità Imma Ħerqan biex Jaqdi

META tiltaqaʼ għall-​ewwel darba maʼ Leonardo, għandek mnejn ma tqisux bħala li hu kwalifikat biex jaħdem fil-​bini. Hu ma jistaʼ juża ebda waħda minn idejh, minħabba li tilifhom xi żmien ilu f’aċċident fuq ix-​xogħol. Però, minkejja d-​diżabilità li għandu, Leonardo kien qed jaħdem iebes fuq proġett tal-​bini f’Acajutla, El Salvador, kif tistaʼ tara fl-​istampa.

Sabiex jieħu sehem f’dan il-​proġett tal-​bini, Leonardo ħejja għodda apposta għalih. Hu jdaħħal il-​parti t’isfel taʼ driegħu tal-​lemin f’ħolqa tal-​ħadid imwaħħla mat-​tarf taʼ pala u bis-​sengħa jiġbor it-​terrapien f’karretta. Minflok ma jaqbad il-​karretta b’idejh, hu waħħal ħoloq mal-​pumi ħalli jkun jistaʼ jimbotta l-​karretta waħdu. X’qanqlu jieħu sehem f’dan il-​proġett?

Leonardo ried jieħu sehem fil-​bini taʼ Sala tas-​Saltna, jew il-​post taʼ qima għall-​kongregazzjoni lokali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Kellu ħafna raġunijiet għalxiex setaʼ jiskuża ruħu milli jieħu sehem fix-​xogħol tal-​bini. Hu kien impjegat full-time, kellu diżabilità, u kien diġà qed jaqdi fil-​kongregazzjoni tiegħu bħala qaddej ministerjali. Madankollu, hu ried jagħmel kulma setaʼ biex jaqdi lil Alla fil-​post tal-​kostruzzjoni wkoll.

Għandek int l-​istess attitudni fis-​servizz tiegħek lil Alla? Minflok m’uża d-​diżabilità tiegħu bħala skuża, Leonardo uża l-​fakultà mentali tiegħu biex jivvinta għodda apposta li mingħajrha kieku ma jkunx jistaʼ jagħmel ix-​xogħol. Hu kien qed jaqdi lil Alla ‘b’moħħu kollu.’ (Mattew 22:37) Kemm jekk diżabilitati u kemm jekk le, il-​ħaddiema li jieħdu sehem fil-​bini tas-​Swali tas-​Saltna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-​dinja għandhom spirtu volontarju. Il-​laqgħat tagħhom huma miftuħin għall-​pubbliku, u int mistieden mill-​qalb biex tattendi.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja