Avveniment li Għandek Tiftakru!
It-Tnejn, 2 t’April
Kien l-14 taʼ Nisan tas-sena 33 E.K. Ġesù kien qed jaqsam maʼ l-appostli tiegħu kies bl-inbid u ħobża bla ħmira. X’kienet l-istruzzjoni tiegħu? “Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira tiegħi.”—Luqa 22:19.
Għalhekk, darba fis-sena, ix-Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-dinja jinġabru flimkien biex ifakkru l-mewt taʼ Ġesù bil-mod kif hu istruwixxa dak il-lejl li għamel din l-istqarrija. Din is-sena, l-14 taʼ Nisan se jibda nhar it-Tnejn, 2 t’April, fi nżul ix-xemx. Int mistieden kordjalment biex tingħaqad magħna f’din il-lejla għal din il-laqgħa taʼ tifkira. Jekk jogħġbok iċċekkja max-Xhieda taʼ Ġeħova tal-lokal għall-ħin u l-post fejn se ssir din il-laqgħa.