LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 1/1 pp. 3-4
  • Is-Suċċess—Kif Tkejlu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-Suċċess—Kif Tkejlu?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Sib Suċċess Veru fil-Ħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Kif Jistaʼ Jkollok Suċċess
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Strieħ fuq l-Ispirtu t’Alla Meta Tiffaċċja Bidliet fil-Ħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • X’Ifisser Għalik is-Suċċess?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 1/1 pp. 3-4

Is-​Suċċess—Kif Tkejlu?

JESSE LIVERMORE, li xi wħud iqisuh bħala wieħed mill-​iktar negozjanti taʼ l-​ishma f’Wall Street li qatt irnexxa, kien magħruf għad-​deċiżjonijiet għaqlin li kien jieħu fin-​negozju. Minħabba f’hekk, hu akkwista ħafna għana. Hu kien jilbes ilbiesi mill-​aqwa meħjutin bl-​idejn, jgħix f’villa b’29 kamra, u jirkeb f’Rolls-Royce sewda misjuqa minn xufier.

Davida kien qed jgħix ħajja simili. Bħala viċi-president u maniġer ġenerali taʼ kumpanija kbira tal-​grafika, hu setaʼ jsir president taʼ parti mill-​kumpanija. L-​għana u l-​prestiġju għoġbuh. Però, David ħa deċiżjoni persunali li jirriżenja mill-​kumpanija. “Jien naf li qatt ma se jerġaʼ jkolli karriera esekuttiva f’pożizzjoni daqshekk għolja,” qal David. Taħseb li David għamel żball?

Ħafna jemmnu li s-​suċċess jinvolvi li individwu jikseb l-​għana, il-​fama, jew il-​prominenza. Madankollu, dawk li jgawdu l-​prosperità materjali xorta jħossuhom vojta minn ġewwa u jħossu li m’għandhomx sinifikat u skop fil-​ħajja. Jidher ċar li din kienet is-​sitwazzjoni tas-​Sur Livermore. Minkejja l-​għana li kellu, hu għex ħajja kollha qsim il-​qalb, traġedji, u niket. Hu esperjenza dipressjoni, żwiġijiet imkissrin, u relazzjonijiet bierda maʼ wliedu. Fl-​aħħar, wara li tilef ħafna minn ġidu, ġurnata minnhom is-​Sur Livermore poġġa bil-​qiegħda f’ħanut tax-​xorb taʼ lukanda lussuża u lmenta dwar it-​telf tiegħu. Hu ordna cocktail, ħareġ ktieb żgħir tal-​ġilda fejn kien jikteb in-​noti, u ħejja nota li fiha kiteb l-​aħħar tislima lil martu. Wara li xorob il-​cocktail, hu daħal f’kamra mdallma fejn jiddendlu l-​kowtijiet u qatel lilu nnifsu b’mod traġiku.

Għalkemm huwa minnu li l-​kaġuni taʼ suwiċidju huma komplikati, din l-​esperjenza turi kemm hu minnu dak li tgħid il-​Bibbja: “Dawk li huma determinati li jsiru għonja . . . ferew lilhom infushom b’ħafna weġgħat.”​—1 Timotju 6:​9, 10.

Jistaʼ jkun possibbli li dawk li jkejlu s-​suċċess skond l-​għana, il-​pożizzjoni, jew il-​prominenza jkunu qed jużaw kejl difettuż? Tħoss li int individwu li għandek suċċess? Għala? Liema livell tuża biex tara jekk dan huwiex minnu? X’jeffettwa l-​ħarsa tiegħek lejn is-​suċċess? L-​artiklu li jmiss jeżamina parir effettiv li għen lil miljuni taʼ nies biex ikollhom suċċess. Ejja naraw kif int ukoll jistaʼ jkollok suċċess.

[Nota taʼ taħt]

a L-isem ġie mibdul.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja