LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 11/15 p. 32
  • Ġuda Baqgħet Ħerba?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġuda Baqgħet Ħerba?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 11/15 p. 32

Ġuda Baqgħet Ħerba?

IL-​BIBBJA bassret li l-​art tas-​Saltna taʼ Ġuda kellha tiġi mħarbta mill-​Babiloniżi u kellha tibqaʼ hekk sakemm il-​Lhud jerġgħu lura mill-​eżilju. (Ġeremija 25:​8-​11) L-​akbar raġuni li ġġagħalna nemmnu li din il-​profezija seħħet tassew insibuha fir-​rakkont ispirat xi 75 sena wara li l-​ewwel grupp t’eżiljati rritornaw f’arthom. Dan jgħid li “dawk li ħelsu mill-​qerda tax-​xabla, Nabukodonosor eżiljahom lejn il-​Babilonja, u baqgħu suġġetti għalih u għal uliedu, sa ma ġew jaħkmu fuqhom il-​Persjani.” U rigward l-​art, huwa rapportat li kellha ‘ma tinħadimx iż-​żmien kollu tal-​ħerba tagħha, sa ma jgħaddu sebgħin sena.’ (2 Kronaki 36:​20, 21) Hemm xi evidenza arkeoloġika li ssostni dan?

Fil-ġurnal Biblical Archaeology Review, Ephraim Stern, professur taʼ l-​arkeoloġija Palestinjana fl-​Università Ebrajka, jgħid: “L-​Assirjani u l-​Babiloniżi ħarbtu partijiet kbar minn Iżrael tal-​qedem, madankollu l-​evidenza arkeoloġika dwar il-​konsegwenzi tal-​konkwisti tagħhom turi żewġ affarijiet differenti ferm.” Hu jispjega: “Waqt li l-​Assirjani ħallew evidenza ċara tal-​preżenza tagħhom fil-​Palestina, hemm nuqqas t’evidenza wara t-​tħarbit li ħallew il-​Babiloniżi. . . . Ma nsibu ebda evidenza taʼ xi okkupazzjoni sa żmien il-​Persjani . . . M’hemm l-​ebda evidenza li tissuġġerixxi li kien hemm xi okkupazzjoni. F’dak iż-​żmien kollu, lanqas raħal wieħed li kien meqrud mill-​Babiloniżi ma reġaʼ ġie abitat.”

Il-Professur Lawrence E. Stager mill-​Università taʼ Harvard jaqbel maʼ dan. “Madwar il-​Filistja kollha u iktar tard madwar Ġuda kollha,” hu jgħid, is-​sultan Babiloniż “kellu strateġija li jeqred kollox, u b’hekk għamel ħerba sħiħa mill-​art fil-​punent tax-​Xmara Ġordan.” Stager iżid: “Kien biss fi żmien Ċiru l-​Kbir, is-​suċċessur Persjan tal-​Babiloniżi, li reġgħu bdew jinstabu xi evidenzi arkeoloġiċi . . . f’Ġerusalemm u f’Ġuda, fejn ħafna mil-​Lhud eżiljati rritornaw f’arthom.”

Iva, il-​kelma taʼ Ġeħova rigward li Ġuda kellha tibqaʼ ħerba ġiet imwettqa. Dak li Alla Ġeħova jbassar dejjem iseħħ. (Isaija 55:​10, 11) Aħna nistgħu npoġġu fiduċja kompleta f’Ġeħova u fil-​wegħdi li nsibu mniżżlin fil-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja.​—2 Timotju 3:​16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja