LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 7/1 p. 32
  • Żjara li Ġabet Bidla Sħiħa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żjara li Ġabet Bidla Sħiħa
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 7/1 p. 32

Żjara li Ġabet Bidla Sħiħa

“KEMM kont ħerqan biex ngħid lil tal-​familja dwar iż-​żewġ ‘anġli’ li kien bagħatli Alla.” Hekk kiteb wieħed raġel li kellu żjara minn żewġ tfajliet li huma Xhieda taʼ Ġeħova. Xi ftit ġimgħat qabel ma żaruh, hu kien tilef lill-​mara tiegħu fil-​mewt wara li kienu ilhom miżżewġin 45 sena. Hu kien mifxul għalkollox. It-​tfal kbar tiegħu kienu farrġuh, iżda huma kienu joqogħdu ’l bogħod ħafna. L-​ebda ħabib jew ġâr ma kien mar iżuru.

“Jien m’għadnix nitkellem m’Alla,” qal ir-​raġel liż-​żewġ żgħażagħ meta żaruh. Madankollu huma fehmu s-​sitwazzjoni tiegħu u ħallewlu fuljett żgħir bit-​titlu X’Tama Hemm għall-​Maħbubin Mejtin? Hu qraha dakinhar fil-​għaxija u ħassu mfarraġ.

Fi żmien qasir, iż-​żewġ żgħażagħ Kristjani reġgħu marru jżuruh. Huma ftakru kemm ir-​raġel kien ħassu mdejjaq l-​aħħar darba li żaruh u marru biex jaraw kif kien qed iħossu. “Bqajt mistagħġeb,” kiteb ir-​raġel iktar tard, “li żewġ żgħażagħ li ma kontx nafhom kien jimpurtahom minni u kienu konċernati dwar il-​benesseri tiegħi.” Hu kien inkuraġġit bil-​ħsibijiet li huma qasmu miegħu mill-​Bibbja. It-​tfajliet qalulu li kienu se jerġgħu jmorru. Ir-​raġel tant ħa pjaċir b’dan li tqanqal biex jikteb il-​kummenti t’hawn fuq f’ittra li hu bagħat lis-​Sala tas-​Saltna lokali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova.

Qabel ma mar joqgħod qrib wieħed mit-​tfal tiegħu, dan ir-​raġel attenda laqgħa Kristjana tax-​Xhieda taʼ Ġeħova u mar jiekol maʼ waħda mill-​familji taż-​żgħażagħ. Hu kiteb: “Jien se nħalli dan il-​post, imma dawn iż-​żgħażagħ u l-​knisja tagħkom se jibqaʼ jkollhom post f’qalbi u fit-​talb tiegħi. Iva, issa qed nitlob​—ħafna. Jien għamilt bidla sħiħa. Dawn iż-​żgħażagħ kellhom irwol importanti biex dan iseħħ, u jien se nibqaʼ nkun grat lejhom għal dejjem.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja