LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 5/1 p. 32
  • Nilħqu Qalb it-Tfal

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nilħqu Qalb it-Tfal
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 5/1 p. 32

Nilħqu Qalb it-​Tfal

QATT ħassejtek imdejjaq meta rajt xi tfal jilagħbu logħob tal-​gwerra? Xeni simili saru komuni anki fost tfal ċkejknin ħafna ladarba l-​vjolenza qed toħnoq id-​dinja tad-​divertiment. Kieku int kif tgħin tifel ċkejken biex ibiddel il-​ġugarelli tal-​gwerra maʼ ġugarelli tal-​paċi? Waltraud, li ilha taqdi bħala missjunarja tax-​Xhieda taʼ Ġeħova fl-​Afrika għal ħafna snin, sabet mod kif tistaʼ tkun t’għajnuna għal tfajjel ċkejken biex jagħmel eżatt hekk.

Minħabba t-​taqbid tal-​gwerra, Waltraud kellha titlaq mill-​pajjiż fejn kienet tgħix u marret toqgħod ġo pajjiż ieħor ġewwa l-​Afrika. Hemmhekk, hi bdiet tistudja l-​Bibbja m’omm taʼ tifel taʼ ħames snin. Kull darba li kienet iżżur lill-​omm kienet dejjem issib lit-​tifel jilgħab bl-​uniku ġugarell li kellu, xkubetta żgħira tal-​plastik. Waltraud qatt ma ratu jimmira lejn xi mkien, però kien dejjem okkupat jiftaħ u jagħlaq din l-​ixkubetta bħallikieku kien qed jikkargaha.

Waltraud staqsiet lit-​tifel: “Werner, taf għala jien qed ngħix fil-​pajjiż tiegħek? Huwa minħabba l-​gwerra​—jien kelli nitlaq minn pajjiżi sabiex naħrab minn irġiel perikolużi li kienu qed jisparaw lejn nies bi xkubetti li jixbhu lil tiegħek. Taħseb int li dan l-​isparar hu sewwa?”

“Le m’huwiex,” wieġeb Werner imdejjaq.

“Sewwa qed tgħid,” wieġbet Waltraud. Imbagħad kompliet tistaqsi: “Taf għalxiex jien niġi inżur lilek u lill-​mamà tiegħek kull ġimgħa? Minħabba li x-​Xhieda taʼ Ġeħova jixtiequ jgħinu n-​nies jgħixu fil-​paċi, kemm m’Alla kif ukoll mal-​proxxmu tagħhom.” Permezz taʼ l-​approvazzjoni mogħtija minn omm Werner, Waltraud qaltlu: “Jekk int tagħtini l-​ixkubetta tiegħek, jien se narmiha però se nagħmel fiż-​żgur li nġiblek trakk b’erbaʼ roti bħala ġugarell.”

Werner ta f’idejha l-​ixkubetta tal-​logħob tiegħu. Kellu jistenna erbaʼ ġimgħat sakemm il-​ġugarell ġdid wasallu—trakk tal-​logħob magħmul mill-​injam li hu aċċetta b’daħqa kbira fuq wiċċu.

Tieħu int il-​ħin biex titkellem maʼ wliedek, billi tipprova tilħaq il-​qalb tagħhom sabiex huma jarmu l-​ġugarelli li qishom armi tal-​gwerra? Jekk iva, int qiegħed tagħtihom lezzjoni li se jibbenefikaw minnha għal għomorhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja