LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 4/1 p. 32
  • Għadu Jikkontrolla Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għadu Jikkontrolla Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 4/1 p. 32

Stedina . . .

Għadu Jikkontrolla Alla?

DIŻASTRI naturali, mard qattiel, korruzzjoni minn nies t’awtorità għolja, attakki terroristiċi, gwerer, kriminalità. Bilkemm tgħaddi ġurnata li ma nisimgħux b’xi aħbar simili. Kemm jekk ġejt effettwat personalment minn dawn l-​affarijiet u kemm jekk le, żgur li tistaqsi fiex se tispiċċa d-​dinja u jekk l-​affarijiet qatt se jmorru għall-​aħjar.

Biex jiddiskutu dawn il-​kwistjonijiet, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova f’iktar minn 200 pajjiż madwar id-​dinja se jkunu preżenti għat-​taħdita pubblika tant f’waqtha intitolata “Għadu Jikkontrolla Alla?” Din se tikkunsidra dak li jgħid u jwiegħed Alla fil-​Kelma infallibbli tiegħu, il-​Bibbja, dwar dawn il-​mistoqsijiet vitali:

Jinteressah Alla minn dak li jseħħ fuq l-​art?

Kif iħossu dwar l-​umanità?

Jinteressah hu fil-​benesseri tiegħek?

F’ħafna postijiet, it-​taħdita se tingħata nhar il-​Ħadd, 30 t’April, 2006, fis-​Sala tas-​Saltna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Ix-​Xhieda fl-​inħawi tiegħek se jieħdu pjaċir li jipprovdulek il-​ħin u l-​indirizz.

Int mistieden b’mod kordjali biex tattendi għal din it-​taħdita inkuraġġanti bla ħlas li se toffri tweġiba sodisfaċenti għall-​mistoqsija: Min Qed Jikkontrolla Dak li Qed Jiġri Fuq l-​Art?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja