LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 2/15 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • Predikaturi tas-Saltna jiftħu kawża l-qorti
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 2/15 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Liema tliet perikli wissa kontrihom Ġesù f’Mattew 5:22?

Fil-​Priedka taʼ fuq il-​Muntanja, Ġesù Kristu wissa lis-​segwaċi tiegħu: “Jien ngħidilkom li kulmin jibqaʼ mgħaddab għal ħuh irid jagħti kont lill-​qorti tal-​ġustizzja; imma kulmin jgħid lil ħuh xi kelma taʼ disprezz li m’għandhiex tingħad irid jagħti kont lill-​Qorti Suprema; filwaqt li kulmin jgħidlu, ‘Iblah li ma tiswa għalxejn!’ se jkun jistħoqqlu n-​nar taʼ Geħenna.”—Mattew 5:22.

Ġesù uża affarijiet li kienu familjari mal-​Lhud—il-​qorti tal-​ġustizzja, il-​Qorti Suprema, u n-​nar taʼ Geħenna—sabiex ikun jistaʼ jurihom li l-​kastigi kienu se jiżdiedu skond kemm ikun serju d-​dnub.

L-ewwel, Ġesù qal li min jibqaʼ rrabjat għal ħuh se jkollu jagħti kont “lill-​qorti tal-​ġustizzja,” il-​qorti lokali. Skond it-​tradizzjoni, dawn il-​qrati kienu jiġu stabbiliti fi bliet fejn kien ikun hemm popolazzjoni taʼ xi 120 raġel jew iktar. (Mattew 10:17; Marku 13:9) L-​imħallfin taʼ dawn il-​qrati kellhom l-​awtorità li jagħmlu ġudizzju, anki f’każijiet taʼ qtil. (Dewteronomju 16:18; 19:12; 21:​1, 2) Għalhekk, Ġesù kien qed juri li individwu li jibqaʼ jħossu mgħaddab għal ħuh ikun qed jikkommetti dnub serju.

Imbagħad, Ġesù qal li individwu li “jgħid lil ħuh xi kelma taʼ disprezz li m’għandhiex tingħad irid jagħti kont lill-​Qorti Suprema.” Il-​kelma Griega rhaka li tfisser “kelma taʼ disprezz li m’għandhiex tingħad” tfisser “vojt” jew “stupidu.” Skond The New Thayer’s Greek-English Lexicon of the New Testament, din il-​kelma kienet “terminu taʼ tmaqdir li kienu jużaw il-​Lhud fi żmien Kristu.” Għalhekk, Ġesù kien qed juri kemm hu serju li wieħed jesprimi l-​mibegħda li jħoss lejn ħuh billi juża termini offensivi taʼ stmerrija. Ġesù kien daqslikieku qed jgħid li individwu li juża kliem bħal dan kien se jgħaddi ġuri mhux sempliċement mill-​qorti lokali imma mill-​Qorti Suprema, is-​Sinedriju kollu kemm hu—il-​membri ġudizzjarji kollha li kien hemm f’Ġerusalemm, jiġifieri, il-​qassis il-​kbir u 70 xiħ u skrib.—Marku 15:1.

Fl-aħħar, Ġesù spjega li jekk individwu jgħid lil xi ħaddieħor, “Iblah li ma tiswa għalxejn!” ikun jistħoqqlu n-​nar taʼ Geħenna. Il-​kelma “Geħenna” ġejja mill-​kliem bl-​Ebrajk geħ ħinnom, li jfisser “il-​wied taʼ Ħinnom,” li kien fuq in-​naħa tal-​punent u tan-​nofsinhar taʼ Ġerusalemm tal-​qedem. Fi żmien Ġesù, dan il-​wied kien sar post fejn kienu jaħarqu l-​iskart, u anki l-​iġsma taʼ kriminali mill-​agħar li ma kinux meqjusin bħala li jistħoqqilhom difna xierqa. Għalhekk, il-​kelma “Geħenna” kienet simbolu xieraq li jissinifika qerda kompleta.

Mela, l-​espressjoni “iblah li ma tiswa għalxejn” xi tfisser? Il-​kelma li hija użata hawn kienet tinstemaʼ simili għall-​kelma Ebrajka li tfisser “ribelluż,” jew “xewwiexi.” Tirreferi għal xi ħadd li ma jiswa għal xejn moralment, apostat jew ribelluż kontra Alla. Mela individwu li jsejjaħ lil xi ħadd “iblah li ma tiswa għalxejn” ikun daqslikieku qed jgħid li ħuh jistħoqqlu l-​istess kastig li jistħoqq lil xi ħadd li jkun irribella kontra Alla, jiġifieri, qerda dejjiema. Mill-​ħarsa t’Alla, min jikkundanna lil xi ħadd b’dan il-​mod ikun jistħoqqlu dik is-​sentenza—qerda dejjiema—hu nnifsu.—Dewteronomju 19:​17-19.

Għalhekk, Ġesù kien qed jagħti lis-​segwaċi tiegħu livell ogħla mill-​prinċipji li hemm fil-​Liġi Mosajka. Filwaqt li n-​nies kienu jemmnu li qattiel kien “irid jagħti kont lill-​qorti tal-​ġustizzja,” Ġesù ma tkellimx biss dwar l-​azzjonijiet tas-​segwaċi tiegħu imma wkoll dwar il-​kundizzjoni taʼ qalbhom. Hu għallem li s-​segwaċi tiegħu għandhom jevitaw li jżommu f’qalbhom kontra ħuthom.—Mattew 5:​21, 22.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja