Is-Siġra taʼ l-Ewwel tas-Sena Hija Tradizzjoni Russa? Hija Drawwa Kristjana?
“FIL-BIDU tas-snin tletin tas-seklu dsatax, is-siġra li dejjem tħaddar kienet għadha magħrufa bħala ‘idea Ġermaniża mill-isbaħ.’ Fl-aħħar taʼ dawk l-għaxar snin, din kienet ‘saret drawwa’ fid-djar taʼ nies li kellhom stat għoli fis-soċjetà ġewwa San Pietruburgu. . . . Fis-seklu dsatax, il-kleru u dawk foqra biss ma kinux adattaw id-drawwa li jarmaw is-siġra li dejjem tħaddar fi djarhom. . . .
“Qabel, din is-siġra . . . ma kinitx daqshekk imfittxa. Il-konnessjoni li kellha bħala simbolu tal-mewt u l-fatt li kienet assoċjata mad-‘dinja taʼ taħt l-art’ skond it-tradizzjoni Russa, kif ukoll it-tradizzjoni li s-siġra tiġi armata fuq il-bjut tat-taverni, kellhom kuntrast mal-bidliet fl-attitudnijiet li seħħew f’nofs is-seklu dsatax. . . . Huwa mifhum li sakemm tiġi adottata t-tradizzjoni li jiżżejnu d-djar bis-siġra, it-tradizzjoni barranija se jkollha l-istess sinifikat li ngħata lis-siġra tal-Milied fil-Punent, il-konnessjoni tagħha mat-tema tal-Milied. . . .
“Il-proċess biex is-siġra tinbidel f’simbolu Kristjan ma kienx faċli fir-Russja. Kien hemm l-oppożizzjoni mill-Knisja Ortodossa. Fiċ-ċelebrazzjoni l-ġdida, il-kleru ra ‘azzjoni demonika,’ tradizzjoni pagana, li xejn ma kellha x’taqsam mat-twelid tas-Salvatur, u barra minn hekk, kienet tradizzjoni tal-Punent.”—Il-Professoressa Yelena V. Dushechkina, tabiba tax-xjenzi filoloġiċi fl-Università taʼ l-Istat taʼ San Pietruburgu.
[Sors tal-Istampa f’paġna 32]
Ritratt: Nikolai Rakhmanov