LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 12/1 p. 32
  • Good News for People of All Nations

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Good News for People of All Nations
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 12/1 p. 32

Good News for People of All Nations

HAWN fuq jidher il-​ktejjeb li ħareġ fil-​Konvenzjonijiet Distrettwali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova għas-​sena 2004/05 bit-​tema “Imxi m’Alla.” Edizzjoni minnhom fiha 96 paġna b’messaġġ qasir bi 92 lingwa, li jibda mill-​Afrikaans saż-​Żulu, u huwa disinjat biex jgħin ħalli tinxtered l-​aħbar tajba tas-​Saltna maʼ kemm jistaʼ jkun nies. (Mattew 24:14) L-​esperjenzi li ġejjin juru r-​riżultati li spiss ikun hemm meta jintuża l-​ktejjeb.

• Wara li rċiviet il-​ktejjeb fil-​konvenzjoni, familja waħda taʼ Xhieda marret iżżur tliet parkijiet nazzjonali. Hemmhekk iltaqgħet maʼ nies mill-​Filippini, l-​Indja, l-​Olanda, u l-​Pakistan. Ir-​raġel innota: “Għalkemm dawn in-​nies kollha kienu jitkellmu ftit bl-​Ingliż, huma baqgħu impressjonati meta wrejniehom il-​messaġġ bil-​lingwa tagħhom stess, ladarba huma kienu eluf taʼ kilometri ’l bogħod minn pajjiżhom. Huma raw b’mod ċar l-​aspett globali tax-​xogħol tagħna kif ukoll l-​unità taʼ bejnietna.”

• Waħda Xhud uriet il-​ktejjeb lil kollega tagħha tax-​xogħol li kien mill-​Indja. Dan feraħ meta ra l-​lingwi kollha li kien hemm fih u qara l-​messaġġ bil-​lingwa tiegħu stess. Dan wassal għal iktar diskussjonijiet fuq il-​Bibbja. Kollega oħra mill-​Filippini baqgħet skantata meta sabet il-​lingwa tagħha fil-​ktejjeb u interessat ruħha biex titgħallem iżjed dwar ix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

• Fil-Kanada, mara min-​Nepal qablet li tistudja l-​Bibbja fuq it-​telefon maʼ Xhud, imma żammet lura milli tistieden lill-​oħt biex iżżurha f’darha. Madankollu, wara li x-​Xhud qalet lill-​mara li għandha ktejjeb li fih messaġġ bin-​Nepaliż, hi bil-​ferħ stiednet lill-​oħt biex tmur għandha. Hi verament xtaqet tara b’għajnejha stess il-​messaġġ bi lsien pajjiżha! Minn dakinhar ’l hawn, l-​istudju beda jinżamm fid-​dar tal-​mara.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja